Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU TONIO FENECH JIPPARTEĊIPA FIL-KUNSILL TAL-MINISTRI TAL-AFFARIJIET EKONOMIĊI U L-FINANZI TAL-UNJONI EWROPEA LI SE JIDDISKUTI S-SITWAZZJONI EKONOMIKA FL-EWROPA

pr1252
Date Icon 11/09/2008
Il-Ministru tal-Finanzi,l-Ekonomija u Investiment l-Onor. Tonio Fenech, ħalla Malta għal Nizza, fi Franza, fejn se jipparteċipa għal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi ta’ l-Unjoni Ewropea (ECOFIN). L-Onor. Tonio Fenech hu akkumpanjat mill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali, is-Sur Michael C Bonello u mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, is-Sur Alfred Camilleri.
Fuq l-aġenda tad-diskussjoni,il-Ministri tal-Finanzi Ewropej se jiddiskutu l-kriżi finanzjarja li qed toriġina mill-Istati Uniti, iż-żidiet fil-prezzijiet taż-żejt u materja prima oħra, kif ukoll il-valur ta’ l-ewro.
Il-bżonn ta’ din id-diskussjonikompla jikber hekk kif statistika maħruġa dan ix-xahar mill-Eurostat uriet li t-tkabbir tal-ekonomija taż-żona ewro niżel għal 1.4%.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

Aktar Stqarrijiet Right arrow