Left arrow Mur Lura

EKONOMIJA LIBERALIZZATA U MIFTUHA GHALL-KOMPETIZZJONI

pr1251
Date Icon 11/09/2008
B’referenza għall-istqarrijatal-Partit Laburista, il-Gvern ifakkar li l-importazzjoni u l-ibbottiljar tal-gass hu attività ekonomika liberallizzata u miftuħa għall-kompetizzjoni.
Il-Gvern jemmen li f’suqmiftuħ il-prezz jirregola ruħu bil-kompetizzjoni. Filwaqt li l-Gasco ser tkun qiegħda tieħu l-operat tad-Divisjoni tal-Gass li sa issa hu f’idejn il-Korporazzjoni Enemalta, din it-transazzjoni ma żżomm lill-ebda intrapriża oħra milli tidħol topera f’dan is-suq.
Minbarra dan,  wieħed majridx jinsa’ li hemm wkoll regolatur li fost ir-responsabbilitajiet tiegħu hu li jiċċekkja li mhux qed isiru abbużi mill-operaturi fis-suq għad-detriment tal-konsumatur. F’każ li għal xi perijodu ta’ żmien ikun hemm operatur wieħed fis-suq, l-Awtorità tkun aktar viġilanti fuq il-prezzijiet ta’ bejgħ.
L-istqarrija tal-PartitLaburista terġa’ tqanqal dubji serji kemm dan il-partit  jemmen fil-benefiċċji li suq mifuħ għall-kompetizzjoni jġib għall- konsumatur. Dan minkejja l-esperjenzi pożittivi ta’ liberalizzazzjoni u privatizzazzjoni li kellu f’pajjiżna f’setturi ekonomiċi differenti.
Minflok il-PartitLaburista jibqa’ jipprofessa politika t’ekonomija kkontrollata fejn kollox ikun f’idejn il-Gvern.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

Aktar Stqarrijiet Right arrow