Left arrow Mur Lura

ESPON 2013 - Sejhiet ghall-Proposti

pr1249
Date Icon 11/09/2008
Id-Diviżjonigħall-Ko-ordinazzjoni ta' l-Ippjanar u l-Prijoritajiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru qiegħda tniedi t-tieni sejħa għall-proposti ta’ proġetti taħt il-Programm ESPON 2013. Il-Programm ESPON 2013 għandu l-għan li jappoġġja l-iżvilupp ta’ politika b’relazzjoni mal-koeżjoni territorjali u li jissaħħaħ l-iżvilupp tat-territorju Ewropew billi jipprovdi informazzjoni komparattiva tal-iżvilupp tar-reġjuni, bliet u territorji.
Bħalissa jinsabumiftuħa tliet sejħiet għall-proposti:
(1) Proġett ta’riċerka applikata (l-Ewwel Prijorità) dwar it-tibdil fil-klima u l-effett territorjali fuq l-ekonomiji reġjonali u lokali [baġit ta’ € 1,000,000; proposta waħda se tiġi magħżula].
(2) Sejħietgħall-analiżi bbażata fuq il-ħtiġijiet tal-utenti (it-Tieni Prijorità) fuq it-9 temi hawn taħt imniżżla [se tiġi magħżula proposta waħda minn kull tema]:

-        Il-Każ tal-ekonomiji fl-Ewropa (CAEE) [baġit massimu ta’ € 200,000]

-        L-Iżvilupp tal-Gżejjer – Gżejjer Ewropej u Politika ta’ Koeżjoni (EUROISLANDS) [baġit massimu ta’ € 250,000]

-        Reġjuni Poliċentriċi Metropolitani ta’ bejn il-Fruntieri (Metroborder) [baġit massimu ta’ € 250,000]

-        Suċċessi għall-Ekonomiji ta’ Reġjuni f’Konverġenza (SURE) [baġit massimu ta’ € 200,000]

-        Potenzjal ta’ Reġjuni Rurali (RURR) [baġit massimu ta’ € 210,000]

-        Xenarji ta’ Spazju: Għodda ġdida għall-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali (SS-LR) [baġit massimu ta’ € 180,000]

-        Metodu ta’ appoġġ Transnazzjonali għall-kooperazzjoni Ewropea (TranSMEC) [baġit massimu ta’ € 150,000]

-        Diversità Territorjali (TD) [baġit massimu ta’ € 210,000]

(3) Sejħiet għall-Proposti għall-ħolqien ta’ Pjattaforma Xjentifika u għodda (it-Tielet Prijorità) dwar l-indikaturi u l-indiċi Territorjali (l-Ewwel Fażi) [baġit ta’ €100,000; proposta waħda se tiġi magħżula].

Il-proposti għall-proġetti f’dawn is-sejħiet iridu jaslu sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ottubru 2008. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq is-sit: http://www.espon.eu, jew mis-sit tal-PPCD, http://www.ppcd.gov.mt jew mill-Unità tal-Kooperazzjoni Territorjali fi ħdan il-PPCD fuq info.ppcd@gov.mt.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

Aktar Stqarrijiet Right arrow