ESPON 2013 - Sejhiet ghall-Proposti
| Id-Diviżjoni | għall-Ko-ordinazzjoni ta' l-Ippjanar u l-Prijoritajiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru qiegħda tniedi t-tieni sejħa għall-proposti ta’ proġetti taħt il-Programm ESPON 2013. Il-Programm ESPON 2013 għandu l-għan li jappoġġja l-iżvilupp ta’ politika b’relazzjoni mal-koeżjoni territorjali u li jissaħħaħ l-iżvilupp tat-territorju Ewropew billi jipprovdi informazzjoni komparattiva tal-iżvilupp tar-reġjuni, bliet u territorji. |
| Bħalissa jinsabu | miftuħa tliet sejħiet għall-proposti: |
| (1) Proġett ta’ | riċerka applikata (l-Ewwel Prijorità) dwar it-tibdil fil-klima u l-effett territorjali fuq l-ekonomiji reġjonali u lokali [baġit ta’ € 1,000,000; proposta waħda se tiġi magħżula]. |
| (2) Sejħiet | għall-analiżi bbażata fuq il-ħtiġijiet tal-utenti (it-Tieni Prijorità) fuq it-9 temi hawn taħt imniżżla [se tiġi magħżula proposta waħda minn kull tema]: |
- Il-Każ tal-ekonomiji fl-Ewropa (CAEE) [baġit massimu ta’ € 200,000]
- L-Iżvilupp tal-Gżejjer – Gżejjer Ewropej u Politika ta’ Koeżjoni (EUROISLANDS) [baġit massimu ta’ € 250,000]
- Reġjuni Poliċentriċi Metropolitani ta’ bejn il-Fruntieri (Metroborder) [baġit massimu ta’ € 250,000]
- Suċċessi għall-Ekonomiji ta’ Reġjuni f’Konverġenza (SURE) [baġit massimu ta’ € 200,000]
- Potenzjal ta’ Reġjuni Rurali (RURR) [baġit massimu ta’ € 210,000]
- Xenarji ta’ Spazju: Għodda ġdida għall-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali (SS-LR) [baġit massimu ta’ € 180,000]
- Metodu ta’ appoġġ Transnazzjonali għall-kooperazzjoni Ewropea (TranSMEC) [baġit massimu ta’ € 150,000]
- Diversità Territorjali (TD) [baġit massimu ta’ € 210,000]
(3) Sejħiet għall-Proposti għall-ħolqien ta’ Pjattaforma Xjentifika u għodda (it-Tielet Prijorità) dwar l-indikaturi u l-indiċi Territorjali (l-Ewwel Fażi) [baġit ta’ €100,000; proposta waħda se tiġi magħżula].
Il-proposti għall-proġetti f’dawn is-sejħiet iridu jaslu sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ottubru 2008. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq is-sit: http://www.espon.eu, jew mis-sit tal-PPCD, http://www.ppcd.gov.mt jew mill-Unità tal-Kooperazzjoni Territorjali fi ħdan il-PPCD fuq info.ppcd@gov.mt.
Other Press Releases:
PR261976en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...
PR261976