STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT BI TWEĠIBA GĦALL-ISTQARRIJA MAĦRUĠA MINN DR GAVIN GULIA, KELLIEM EWLIENI LABURISTA GĦALL-EKONOMIJA U S-SELF-EMPLOYED
pr1248
10/09/2008
| Il-Ministru tal-Finanzi, | l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech jinnota b’sorpriża il-fatt li l-Kelliem Ewlieni Laburista għall-Ekonomija u s-Self-Employed Gavin Gulia jagħżel li jiddeskrivi r-rata ferm sodisfaċenti ta’ 3.2% ta’ tkabbir reali (u 6.2% tkabbir nominali) għat-tieni kwart tas-sena ta’ l-ekonomija Maltija bħala waħda negattiva. Jidher ċar li Dr Gulia mhux qed isegwi x’qed jiġri fl-ekonomija ta’ madwarna, fejn numru kbir ta’ pajjiżi, inklużi dawk ekonomikament aktar b’saħħithom minnha, esperjenzaw tkabbir aktar baxx minn tagħna. |
| Ir-rata medja ta’ tkabbir | ta’ l-Unjoni Ewropea kienet ta’ 1.6%, u dik taż-żona ewro 1.4%. Ekonomiji influwenti oħra madwar id-dinja wkoll kellhom tkabbir aktar baxx minn tagħna, bl-ekonomija ta’ l-Istati Uniti tikber bi 2.2% u tall-Ġappun b’1% biss. |
| Barra minn hekk, il-Ministru | Fenech jiġbed l-attenzjoni li d-dikjarazzjoni li t-tkabbir ekonomiku ġej minn nefqa tal-Gvern hija żbaljata. Statistika uffiċjali maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika turi li t-tkabbir ekonomiku tal-pajjiżna kien anke r-riżultat ta’ żieda ta’ 4% fil-biedja; żieda ta’ 16.1% fl-industrija tal-kostruzzjoni; żieda ta’ 14.4% fil-bejgħ bl-ingrossa/bl-imnut; żieda ta’ 8.0% fis-settur tal-lukandi u ristoranti; żieda ta’ 5% fit-trasport u l-komunikazzjoni; żieda ta’ 6.9% fis-servizzi finanzjarji u żieda 8.3% fl-industrija marbuta mal-proprjetà; |
| Iżda fl-aħħar mill-aħħar dak | li jinteressa liċ-ċittadin lil hinn miċ-ċifri ta’ x’wasslu għal dan it-tkabbir huwa ir-riżultat ta’ dan it-tkabbir, jiġifieri l-ħolqien ta’ aktar xogħol. Hu għalhekk ta’ sodisfazzjon kbir li l-Ministru jinnota li tul dan il-perjodu kompla jinħoloq aktar xogħol, b’madwar tlett elef impjieg full-time matul l-aħħar sena, li minnhom elfejn ittieħdu min-nisa. Dan wassal biex il-qgħad niżel 5958, ferm anqas mill-medja tal-2007 (6686 persuna qiegħda) jew tal-2006 (7326 persuna qiegħda). Dan barra l-eluf ta’ persuni li sabu l-opportunità li jiftħu għal rashom fl-aħħar numru ta’ snin. |
| Għaldaqstant, | b’konsiderazzjoni tal-isfidi kbar li pajjiżna qed jaffronta, kemm mill-kriżijiet finanzjarji, kif ukoll mill-kompetizzjoni ħarxa li dinja globalizzata qegħda toffri, huwa fatt pożittiv li, kuntrarju għall-medja Ewropea, l-ekonomija Maltija kompliet tikber b’rata sodisfaċenti filwaqt li baqgħat toħloq aktar xogħol u xogħol ta’ kwalità aħjar. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261976en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...
PR261976