Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI: Il-Gvern irid jisma u mhux jimponi, fil-kwistjoni tat-tibdil fil-klima

pr1247
Date Icon 09/09/2008
Il-Ministeru għar-Riżorsi ul-Affarijiet Rurali jirreferi għal stqarrija oħra tal-Partit Laburista dwar it-tibdil fil-klima.  Il-Ministeru jtenni li jrid jisma, u mhux jimponi, fil-kwistjoni tat-tibdil fil-klima.  L-Oppożizzjoni mill-istqarrijiet li għamlet sa issa jidher li mhix qed taġġorna lilha nnifisha biżżejjed dwar dak li qed jagħmel il-Gvern u hi interessata li timxi għal rasha.
L-Onor. Leo Brincat jidherli ma rax iż-żewġ stqarrijiet tal-Gvern, fit-18 u l-25 t’Awwissu 2008 fejn fihom hemm reazzjoni għall-kummenti tiegħu, kif ukoll hemm dikjarata il-pożizzjoni tal-Gvern dwar dan is-suġġett tant sensittiv u importanti.  L-Onor. Brincat imissu jinduna wkoll li l-Gvern qiegħed ferm attent li ma jagħmilx minn dan is-suġġett ballun politiku; u l-fatt li l-Kumitat imwaqqaf mill-Gvern illum talab hu stess li  jiltaqa’ ma’ delegazzjoni tal-Partit Laburista huwa prova ċara u indiskuttibli ta’ kemm il-Gvern irid jisma u jikkonsulta ma’ kulħadd fit-tfassil ta’ strateġija Nazzjonali dwar it-tibdil fil-klima.
Il-Gvern miexifid-direzzjoni li b’konsultazzjoni, pajjiżna jkollu strateġija li tinkludi l-pożizzjonijiet ta’ kulħadd, u fl-istess waqt ikun żgurat li l-pjan tal-Gvern ikun wieħed effettiv u konkret.
Il-Ministeru jerġa jtenni libħalissa l-Kumitat ta’ esperti li għandu jfassal pjan għall-implimentazzjoni ta’ kif Malta tista’ tnaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (greenhouse gases) għadu għaddej bil-ħidma tiegħu.  Kif kien diġa tħabbar meta twaqqaf il-Kumitat, wara li jintemmu l-konsultazzjonijiet u jitlesta r-rapport bir-rakkomandazzjoniet tal-grupp ta’ esperti, se tintalab l-opinjoni pubblika u d-diskussjoni se titwessa’ għal dawk kollha li jixtiequ jagħtu kontribut.
Waqt li għaddej danil-proċess ta’ konsultazzjoni, l-Gvern irid jisma, u mhux jimponi l-opinjonijiet tiegħu. Minn issa jiddikjara li ma jeskludi l-ebda miżura li permezz tagħha l-istrateġija Nazzjonali eventwali tkun tista’ tiġi mplimentata bl-aħjar mod.
Il-Gvern japrezzasuġġeriment ta’ x’jista’ jsir minn tali strateġija ġaladarba tiġi konkluża. Il-Gvern ikun ferm grat jekk l-Oppożizzjoni tilqa’ l-istedina li għamel il-Gvern u tagħti l-kontribut tagħha fil-kontenut ta’ din l-istess strateġija.   Hu ta’ diżappunt li l-Oppozizzjoni għażlet triq oħra u flok se tissieħeb fi strateġija Nazzjonali għazlet li timxi għal rasha, bi private members bill.  Anki issa li l-Oppożizzjoni għażlet it-triq li timxi waħedha, il-Gvern itenni l-istedina li saret biex l-Oppożizzjoni tagħti s-suġġerimenti tagħha għal din l-istrateġija Nazzjonali.
Il-Ministeru jfakkar ukollkif sal-lum qegħdin jittieħdu diversi inizjattivi biex isir aktar użu mill-enerġija alternattiva.  Dan qiegħed isir biex titnaqqas id-dipendenza minn fuq iż-żejt u biex titjieb il-kwalita’ ta’ l-arja f’pajjiżna bl-użu ta’ l-enerġija nadifa.  Arja aktar nadifa jkollha impatt pożittiv fuq is-saħħa tal-poplu tagħna.
Il-Gvern huwa, u jibqa kommess, lijkompli jnaqqas l-emissjonijiet, iżid il-produzzjoni ta’ enerġija nadifa u jgħin sabiex tiġi kkonservata l-enerġija. L-impenn tal-Gvern sabiex jinċentiva dawn it-teknoloġiji joħroġ ukoll mill-fatt li ser iniedi wkoll skemi finanzjarji, b’valur ta’ €33 miljun, sabiex jippromwovi teknoloġiji li jiġġeneraw l-enerġija nadifa anki fuq skala domestika u kummerċjali.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

Aktar Stqarrijiet Right arrow