Left arrow Mur Lura

TNEDIJA TA’ L-ISTAĠUN 2008/2009 TA’ L-ORKESTRA FILARMONIKA NAZZJONALI

pr1246
Date Icon 09/09/2008
Waqt it-tnedija tal-programmta’ l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali għas-sena 2008/2009, il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina, irringrazzjat lill-Orkestra Nazzjonali għall-ħidma mwettqa matul is-sena li għaddiet u awguratilha suċċess għall-istaġun li ġej li jidher li se jkun wieħed mimli u nteressanti.
Il-Ministru qalet lifil-ħdax il-sena li ilha mwaqqfa l-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta għamlet progressi kbar. Tmien xhur ilu ġiet mgħollija għal status ta’ Orkestra Filarmonika Nazzjonali u żiedet kemm in-numru ta’ mużiċisti impjegati magħha kif ukoll il-kwalita’ tal-mużika tagħha.
Dan kien żvilupp dinamiku ligħamel mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, il-veru ambaxxatur kulturali għal pajjiżna.
Fl-istaġun li ġej lijestendi minn dan ix-xahar li qegħdin fih sa Mejju tas-sena d-dieħla, l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali diġa’ għandna skedati 25 kunċert f’Malta u Għawdex, medja ta’ kważi tliet kunċerti fix-xahar.
Dan barra li sa tmieml-istaġun, l-Orkestra se tkun imsejħa biex tesegwixxi kunċerti oħra, fosthom wieħed li qed nippjanaw biex pajjiżna jfakkar is-Sena Pawlina li qed tiċċelebra l-Knisja Universali u li Malta żgur li ma tistax tħalli għaddejja bla ċelebrazzjoni xierqa.
Il-Ministru Cristina qaletli tieħu gost tinnota, kif qal iċ-Chairman, li din is-sena l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali qed tintensifika l-programm edukattiv tagħha.  Dan il-programm qed joffri opportunita lil eluf ta’ tfal fl-iskejjel tagħna li jisimgħu kunċerti mill-orkestra u jitgħallmu dwar id-diversi strumenti li jiffurmaw l-orkestra u jiltaqgħu mal-mużiċisti professjonali tagħna.
Dan hu program li se jżidl-apprezzament għall-mużika fost l-istudenti tagħna sa minn meta jkunu għadhom żgħar.  Dan għandu jgħin ukoll biex iressaq it-tfal tagħna aktar lejn il-mużika ta’ kwalita’.
Dan jinfilsa tajjeb ħafnamal-politika li rridu nmexxu, biex inressqu l-kultura lejn il-poplu.  Il-mużika, fid-diversi forom tagħha, inkluż il-mużika klassika, bix-xogħlijiet tad-diversi kompozituri Maltin – ta’ l-imgħoddi u tal-lum – hi element importanti ħafna tal-kultura tagħna, li rridu nsostnu u nmexxu ‘l quddiem.
Il-Ministru Cristina awguratlill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali staġun mill-aqwa li jitgawda minn dawk kollha li jħobbu l-mużika, kemm Maltin kif ukoll barranin li jkunu qed iżuruna.  Staġun li jirnexxielu jiġbed aktar żgħażagħ lejn l-apprezzament tal-mużika klassika.
Fil-konferenza stampatkellmu wkoll is-Sur Lino Attard, Chairman ta’ l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali u s-Surmast Michael Laus.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

Aktar Stqarrijiet Right arrow