TNEDIJA TA’ L-ISTAĠUN 2008/2009 TA’ L-ORKESTRA FILARMONIKA NAZZJONALI
pr1246
09/09/2008
| Waqt it-tnedija tal-programm | ta’ l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali għas-sena 2008/2009, il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina, irringrazzjat lill-Orkestra Nazzjonali għall-ħidma mwettqa matul is-sena li għaddiet u awguratilha suċċess għall-istaġun li ġej li jidher li se jkun wieħed mimli u nteressanti. |
| Il-Ministru qalet li | fil-ħdax il-sena li ilha mwaqqfa l-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta għamlet progressi kbar. Tmien xhur ilu ġiet mgħollija għal status ta’ Orkestra Filarmonika Nazzjonali u żiedet kemm in-numru ta’ mużiċisti impjegati magħha kif ukoll il-kwalita’ tal-mużika tagħha. |
| Dan kien żvilupp dinamiku li | għamel mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, il-veru ambaxxatur kulturali għal pajjiżna. |
| Fl-istaġun li ġej li | jestendi minn dan ix-xahar li qegħdin fih sa Mejju tas-sena d-dieħla, l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali diġa’ għandna skedati 25 kunċert f’Malta u Għawdex, medja ta’ kważi tliet kunċerti fix-xahar. |
| Dan barra li sa tmiem | l-istaġun, l-Orkestra se tkun imsejħa biex tesegwixxi kunċerti oħra, fosthom wieħed li qed nippjanaw biex pajjiżna jfakkar is-Sena Pawlina li qed tiċċelebra l-Knisja Universali u li Malta żgur li ma tistax tħalli għaddejja bla ċelebrazzjoni xierqa. |
| Il-Ministru Cristina qalet | li tieħu gost tinnota, kif qal iċ-Chairman, li din is-sena l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali qed tintensifika l-programm edukattiv tagħha. Dan il-programm qed joffri opportunita lil eluf ta’ tfal fl-iskejjel tagħna li jisimgħu kunċerti mill-orkestra u jitgħallmu dwar id-diversi strumenti li jiffurmaw l-orkestra u jiltaqgħu mal-mużiċisti professjonali tagħna. |
| Dan hu program li se jżid | l-apprezzament għall-mużika fost l-istudenti tagħna sa minn meta jkunu għadhom żgħar. Dan għandu jgħin ukoll biex iressaq it-tfal tagħna aktar lejn il-mużika ta’ kwalita’. |
| Dan jinfilsa tajjeb ħafna | mal-politika li rridu nmexxu, biex inressqu l-kultura lejn il-poplu. Il-mużika, fid-diversi forom tagħha, inkluż il-mużika klassika, bix-xogħlijiet tad-diversi kompozituri Maltin – ta’ l-imgħoddi u tal-lum – hi element importanti ħafna tal-kultura tagħna, li rridu nsostnu u nmexxu ‘l quddiem. |
| Il-Ministru Cristina awgurat | lill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali staġun mill-aqwa li jitgawda minn dawk kollha li jħobbu l-mużika, kemm Maltin kif ukoll barranin li jkunu qed iżuruna. Staġun li jirnexxielu jiġbed aktar żgħażagħ lejn l-apprezzament tal-mużika klassika. |
| Fil-konferenza stampa | tkellmu wkoll is-Sur Lino Attard, Chairman ta’ l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali u s-Surmast Michael Laus. |
Other Press Releases:
PR261976en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...
PR261976