Left arrow Mur Lura

AVVIŻ DWAR IL-POSSIBILTA’ TA INTRODUZZJONI TAL-ĦANFUSA TAL-QRUN TWIL TAĊ-ĊITRU (ANOPLOPHORA CHINENSIS) FIL-GŻEJJER MALTIN

pr1245
Date Icon 09/09/2008
Il-Ħanfusa tal-Qrun Twil taċ-Ċitru,bl-Ingliz, Citrus Longhorn Beetle (Anoplophora cinensis) hija insett qerriedi ta’ kwarantina li jagħmel ħsara fuq numru ta’ speċi differenti ta’ siġar u arbuxelli.  Għalkemm din il-ħanfusa ma tinstabx ġewwa pajjizna, id-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti qiegħed jagħmel spezzjonijiet għal dan l-insett, biex jara’ li dan l-insett ma jiġix introdott ġewwa Malta, jew f’każ li jidħol, jittieħdu l-miżuri neċessarji minn kmieni.
B’modnaturali, din il-ħanfusa tgħix f’postijiet li jinkludu ċ-Ċina, l-Ġappun, u postijiet oħra fix-Xlokk  ta’ l-Asja.  Il-Ħanfus tal-Qrun Twil taċ-Ċitru qiegħed jinfirex f’diversi pajjizi fuq siġar ornamentali impurtati mill-Asja.  Dan l-insett huwa ta’ theddida għal diversi foresti u għall-produzzjoni taċ-ċitru fil-Mediterran.  Ta’ min jgħid li ġewwa l-Lombardia, fl-Italja, kien hemm firxa ta’ din il-ħanfusa, u mijiet ta’ siġar maturi kellhom jinqerdu bħala miżura għall-qerda ta’ dan l-insett.
Il-Ħanfusa tal-Qrun Twil taċ-Ċitru hijainsett pjuttost kbir fid-daqs, minn 21 sa 37 millimetru twil. Huwa ta’ lewn iswed b’marki bojod li huma varjati.  L-antenni huma itwal minn ġisimhom, u huma suwed bi strixxi bojod jew blu ċar.
Il-Ħanfus tal-Qrun Twil taċ-Ċitru jqatta’l-biċċa l-kbira ta’ ħajtu (li tvarja minn sena sa sentejn fl-Asja) bħala larva ġewwa z-zokk tas-siġra jew fl-għeruq.  Għaldaqstant, ftit jew xejn ikun hemm ħjiel tal-preżenza tal-larva ġos-siġra.
L-iktar sintomi evidenti ta’ dan l-insetthuma toqob minn fejn joħorġu l-insetti adulti, li tipikament dawn it-toqob ikollhom dijametru ta’ madwar 6 sa 11–il millimetru, u normalment issibhom mal-bażi taz-zokk tas-siġra, jew saħansitra taħt il-livell tal-ħamrija.
L-insett adult issibu l-iktar fix-xhur ta’Lulju u Awwissu, imma ġieli nstab barra minn dawn ix-xhur, minn Mejju sa Ottubru.

Id-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti qiegħed iħeġġeġ lill-pubbliku biex jirrapporta jekk jara dan l-insett jew sintomi suspettużi li jistgħu jkunu kawża tal-ħsara magħmula minnu.  Iktar dettalji fuq il-bijoloġija u sintomi ta’ dan l-insett jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti (www.planthealth.gov.mt). Min ikollu xi rapport għandu jċempel fuq 25904312 jew 23397222/3.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

Aktar Stqarrijiet Right arrow