IL-KAP TAL-KAMRA FIL-PARLAMENT F’SYDNEY, JOHN AQUILINA, IŻUR LILL-ISPEAKER DR LOUIS GALEA
pr1244
09/09/2008
| John Aquilina, il-Kap | tal-Kamra fil-Parlament ta’ l-istat ta’ New South Wales (NSW) fl-Awstralja, dalgħodu żar lil Dr Louis Galea, Speaker tal-Kamra tad-Deputati. Huma tkellmu dwar suġġetti ta’ interess komuni għaż-żewġ pajjiżi, b’mod partikolari dak li jolqot lill-komunitajiet ta’ Maltin u Għawdxin fl-Awstralja. |
| John Aquilina twieled l-Imsida | u emigra lejn l-Awstralja mal-familja meta kellu biss 6 snin fl-1956. Huwa studja f’Universitajiet Awstraljani u ggradwa fl-edukazzjoni. John Aquilina huwa membru tal-Partit Laburista Awstraljan, kien l-ewwel Sindku Malti fl-Awstralja fil-Belt ta’ Blacktown u ġie elett Membru tal-Parlament ta’ NSW fl-1981. |
| Aktar tard huwa kien | Speaker tal-Parlament u għal diversi snin okkupa l-kariga ta’ Ministru fejn ħa ħsieb l-oqsma ta’ l-edukazzjoni, żgħażagħ, affarijiet etniċi, u servizzi fil-komunità. Minkejja li John Aquilina trabba u għex l-Awstralja huwa jitkellem il-Malti tajjeb ħafna. |
| Louis Galea irringrazzja | lil John Aquilina għall-ġieħ li huwa jagħmel lil Malta u għall-interess li jieħu fl-iżviluppi ta’ Malta u fil-bżonnijiet tal-komunità Maltija fl-Awstralja. |
| John Aquilina qal li huwa | jħoss rabta speċjali ma’ Malta u jqis li l-Maltin fl-Awstralja huma komunità speċjali. Is-Sur Aquilina fisser il-ħidma li qed iwettaq fl-organizzazzjoni NSW Parliamentary Friends for the European Union. Louis Galea impenja ruħu li jesplora aktar kuntatti ma’ din l-organizzazzjoni. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261976en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...
PR261976