Left arrow Mur Lura

KAMPANJA TAT-TILQIMA KONTRA L-INFLUWENZA, 2008

pr1242
Date Icon 09/09/2008
Bħalsnin oħra id-Diviżjoni tas-Saħħa tixtieq tfakkar lill-pubbliku dwar il-bżonn li wieħed jitlaqqam kontra l-influwenza staġjonali.
Anki din is-senaid-Dipartiment tas-Saħħa Primarja se joffri din it-tilqima mingħajr ħlas lil:

·        kull min għandu iżjed minn 55 sena

·        kull min qed ibati minn mard kroniku tal-pulmun, tal-qalb, tal-fwied, tal-kliewi, tad-dijabete u mard relatat ma’ l-immunodefiċjenza bhal-HIV jew l-AIDS.

·        residenti kollha fl-Istituzzjonijiet.

Kull min jitlobit-tilqima minħabba mard kroniku, għandu jippreżenta jew il-kartuna is-safra jew ċertifikat mediku reċenti.
Bħas-snin l-imgħoddijabosta Kunsilli Lokali u tobba fil-privat se joffru dan il-vaċċin mingħajr ħlas lil min hu eliġibbli għat-tilqima b’xejn.  Għalhekk il-pubbliku hu mitlub javviċina mill-aktar fis possibbli l-Kunsill Lokali jew it-tabib tiegħu għal aktar informazzjoni.  Min ser jagħmel użu minn dan is-servizz għandu jagħti d-dettalji tiegħu biex jiġi aċċertat numru adekwat ta’ tilqim.
Apparti dawn l-arranġamenti,wieħed dejjem jkun jista’ jitlaqqam fiċ-Ċentru tas-Saħħa li jaqdi l-lokal.  Dawk li għal xi raġuni jew oħra ma joħorġux mid-dar jistgħu jitolbu lit-tabib sabiex jagħmel arranġamenti biex jitlaqqmu f’darhom stess mill-infermiera tal-komunità.
Min ser jieħu t-tilqimamiċ-Ċentri tas-Saħħa, huwa mgħarraf li din ser tingħata bejn it-Tnejn, 3 ta’ Novembru u s-Sibt, 22 ta’ Novembru.
Importanti liħadd m’għandu jitlaqqam qabel Novembru għaliex jekk it-tilqima  tittieħed kmieni wisq, din ma tipprovdix il-protezzjoni meħtieġa.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

Aktar Stqarrijiet Right arrow