Left arrow Mur Lura

LAQGĦA INFORMALI TAL-MINISTRI EWROPEJ TAS-SAĦĦA – ANGERS, FRANZA

pr1241
Date Icon 09/09/2008
-Onor. Joseph Cassar,Segretarju Parlamentari għas-Saħħa qed jipparteċipa fil-laqgħa Informali Ewropea li qed tlaqqa’ l-Ministri tas-Saħħa. Din il-laqgħa kienet mifruxa fuq jumejn, bejn it-8 u d-9 ta’ Settembru.
Il-laqgħa organizzatamill-Presidenza Franċiża f’Angers fi Franza stess, kienet tittratta t-tħejjija neċessarja għall-ġlieda kontra t-theddid fuq is-saħħa taċ-ċittadini Ewropej. L-aktar oqsma diskussi fost il-Ministri Ewropej huma l-oqsma bioloġiċi, kimiċi, u l-kwistjoni tat-trattament uman permezz tar-radjuattività u dik nukleari (chemo, eċċ).
Il-Ministri Ewropejpreżenti appellaw għal organizzazzjoni aħjar u aktar kommunikazzjoni fejn jidħol il-qasam tas-saħħa. Dan kollu mbagħad iwassal biex il-mekkaniżmi ta’ rispons għal kull ħtieġa jkunu immedjati, u jintużaw bl-aħjar mod.
Fil-fatt ix-xogħol lijmiss minn kull pajjiż Ewropew, fil-qasam tas-saħħa, hu li jidentifika u jimplimenta sistemi ta’ organizzazzjoni u kommunikazzjoni aħjar.
Is-SegretarjuParlamentari Joseph Cassar enfasizza l-ħtieġa għal aktar kollaborazzjoni bejn il-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni Ewropa għax b’hekk biss jista’ jkun hemm ġlieda b’saħħitha u effettiva kontra t-theddid fuq is-saħħa umana. Jekk ikun hemm aktar kollaborazzjoni kulħadd ikun preparat meta tinqala’ xi theddida ġdida. Dan għaliex il-pajjiżi kollha Ewropej jistgħu jaqsmu r-riżorsi u l-informazzjoni bejniethom. Din il-kollaborazzjoni mbagħad għandha tinfirex ukoll ma’ stati oħra viċin il-pajjiżi Ewropej. Fost oħrajn hemm il-pajjiżi fl-Afrika ta’ Fuq. Is-Segretarju Parlamentari insista li fejn tidħol is-saħħa m’għandux ikun hemm fruntieri ġeografiċi jew politiċi.
Il-Ministri Ewropejddiskutew ukoll n-nuqqas ta’ radionuclide isotopes fl-Ewropa u ntlaħaq ftehim biex tinstab soluzzjoni li twassal għal produzzjoni akbar ta’ dawn l-isotopes anke minn pajjiżi barra l-Ewropa. Il-ftehim jgħid ukoll li għandu jinstab mekkaniżmu biex ikun hawn tqassim ġust ta’ l-isotopes użati biex ikun hemm investigazzjonijiet u trattamenti ta’ ċertu mard.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

Aktar Stqarrijiet Right arrow