LAQGĦA MAS-SINDKI – 5 u 6 TA’ SETTEMBRU 2008
pr1240
06/09/2008
| Fi tmiem | laqgħa tas-Sindki organizzata mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali li kienet mifruxa fuq jumejn, is-Segretarju Parlamentari għal Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni l-Onor. Chris Said qal li l-Kunsilli Lokali, li ġew introdotti ħmistax–il sena ilu, bdew bħala esperiment u llum huma realtà pożittiva fi 68 lokalità. Chris Said qal li l-Kunsilli Lokali huma esperjenza pożittiva fil-lokalitajiet kollha, u l-ibliet u l-irħula f’Malta u f’Għawdex qed igawdu minn diversi inizjattivi li jvarjaw minn proġetti infrastrutturali għal inizjattivi soċjali, kulturali u edukattivi. |
| It-tema | tal-laqgħa kienet ir-riforma tal-Kunsilli Lokali u s-Segretarju Parlamentari qal li filwaqt li nirrikonoxxu t-tajjeb li ħareġ s’issa mill-Kunsilli Lokali, wasal iż-żmien li naraw kif nistgħu ntejbu l-operat tal-istess Kunsilli. Chris Said qal li l-għan tar-riforma hu li l-Kunsilli Lokali jkunu verament effettivi sabiex jilħqu l-aspirazzjonijiet tar-residenti. |
| Bħalissa | għaddej proċess ta’ konsultazzjoni wiesgħa dwar din ir-riforma. Is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni ltaqa’ mal-Kunsilli Lokali kollha f’Malta u Għawdex u qed ikompli jiltaqa’ ma’ numru ta’ entitajiet u assoċjazzjonijiet fosthom l-MHRA, il-Unions, il-Kulleġġi tal-Kappillani, studenti, anzjani, għaqdiet ambjentali, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, l-Assoċjazzjoni tas-Segretarji Eżekuttivi u l-Awditur Ġenerali. |
| Minn barra | dawn il-laqgħat, il-pubbliku qed ikollu l-opportunità li jwassal is-suġġermenti tiegħu permezz tal-posta, website, e-mail u freephone. Il-ġimgħa d-dieħla se ssir ukoll it-tielet laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika dwar ir-riforma tal-Kunsilli Lokali. |
| Il-proposti | li daħlu s’issa u qed ikomplu jidħlu huma ħafna. Fost dawn il-proposti hemm dawk dwar it-terminu tal-Kunsilli Lokali, tibdil fil-formola tal-allokazzjoni finanzjarja, fondi għal proġetti speċjali, aktar servizzi offruti mill-Kunsilli Lokali, possibilità ta’ Sindku fuq bażi full time, sinerġija u koperazzjoni akbar ma’ dipartimenti u entitajiet pubbliċi, u għajnuna mill-Gvern sabiex il-Kunsilli Lokali jibbenefikaw aktar minn programmi u inizjattivi tal-UE. |
| Dwar l-għajnuna | li l-Kunsilli Lokali jistgħu jieħdu mill-Unjoni Ewropea, Chris Said qal li f’dan is-settur kull ġurnata hija importanti u għalhekk ġie deċiz li l-inizjattivi jittieħdu minn issa u mhux wara li jagħlaq il-proċess ta’ konsultazzjoni. Għal dan il-għan il-MEUSAC waqqaf unit li jwassal l-informazzjoni dwar programmi u inizjattivi tal-UE li minnhom jistgħu jibbenefikaw il-Kunsilli Lokali. L-istess unit se jkun qed jgħin ukoll lill-Kunsilli Lokali biex jimlew l-applikazzjonijiet għall-finanzjament. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261976en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...
PR261976