Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-GVERN DWAR IL-FTEHIM MAL-GENERAL WORKERS’ UNION DWAR IL-PRIVATIZZAZZJONI TAT-TARZNA  -   5 ta’ Settembru 2008

pr1239
Date Icon 05/09/2008
Il-Gvernu l-GWU llum ħabbru li waslu għall-ftehim importanti dwar il-privatizzazzjoni tat-tarzna, fejn fil-kuntest preżenti, qed jaqblu li għandu jsir kull sforz sabiex il-proċess tal-privatizzazzjoni jitwettaq kemm jista’ jkun malajr u bl-aktar mod effiċjenti.
Dan il-ftehimgħandu jwassal sabiex jiġu riżolti l-pendenzi kollha bejn iż-żewġ naħat, u li b’hekk ikun jista’ jsir sforz konġunt biex il-privatizzazzjoni tkun tista’ isseħħ b’suċċess.  Dan biss jista’ jassigura li l-aħjar interessi tal-ħaddiema li jridu jibqgħu jaħdmu fit-tarznari jew li jridu jgħażlu triq oħra li jagħmlu dan fl-aħjar interess tagħhom.
Għaldaqstant,iż-żewġ partijiet għandhom jaħdmu flimkien sabiex jassiguraw is-suċċess tal-proċess tal-privatizzazzjoni tat-tarzna iseħħ.
Min-naħatiegħu, il-Gvern qiegħed jintrabat li jkollu konsultazzjoni kontinwa mal-Union dwar dan il-proċess u li jżomm lill-Union informata b’dak li jkun għaddej fil-proċess.
Sabiex ikunassigurat s-suċċess tal-privatizzazzjoni tat-tarzna, iż-żewg partijiet se jaħdmu flimkien sabiex:
(a)l-iskemi ta’ rtirar mix-xogħol kmieni u volontarju mit-tarzna jittieħdu mill-akbar ammont ta’ ħaddiema;
(b)b’rispett għall-obbligi li joħorġu mid-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar it-“transfer of business” (Council Directive 2001/23EC) dawk il-ħaddiema li jibqgħu mat-tarzna ser jgħaddu mal-azjenda jew l-azjendi l-ġodda li se jidħlu għat-tmexxija tat-tarzna;
(c)titwaqqaf  Kummissjoni mħallta bejn il-Gvern u l-Union biex jekk għal xi raġuni aċċettabbli għaż-żewġ naħat, u li tkun konformi mal-liġi waqt in-negozjati ma’ l-operaturi prospettivi ma jkunux jistgħu jinżammu xi ħaddiema mill-operaturi l-ġodda din il-kummissjoni tiddetermina kif b’mod produttiv għandhom jibqgħu jagħmlu dan fi xogħol bandoħra.
Ħaddiema li jew jirrifjutaw it-taħriġ jewinkella, b’mod frivolu, jirrifjutaw offerta ta’ xogħol, jitilfu kull dritt għax-xogħol ieħor.
Skemi ta’l-Irtirar
Saru ukollnumru ta’ tibdiliet biex l-iskemi ta’ rtirar mix-xogħol kmieni u volontarji jiġu rfinati f’numru ta’ aspetti, dan biex jiġu indirizzati numru ta’ issues li joħorġu minn kif il-ħaddiema kienu ser jintlaqtu f’dik li hi pensjoni, u anke biex ikunu jistgħu jittieħdu minn l-akbar numru ta’ ħaddiema possibbli u b’hekk jagħmlu l-privatizzazzjoni aktar vijabbli.
Kif kien diġaddikjara l-Gvern l-aġġustamenti li ġew maqbula bejn il-Gvern u l-GWU ser japplikaw ukoll għal dawk il-ħaddiema li diġa applikaw fil-perjodu li jkunu għadhom mhux konklużi d-diskussjonijiet.  Dawn illum jammonataw għal madwar 337.
Il-GWU qedtintrabat li tgħin sabiex l-iskemi ta’ rtirar mix-xogħol kmieni u volontarju jittieħdu mill-akbar ammont possibbli ta’ ħaddiema li jixtiequ jagħmlu dan.
Għal danil-għan, il-Union qiegħda tpoġġi s-servizzi u l-faċilitajiet tagħha fit-tarzna għad-dispożizzjoni tal-Gvern sabiex il-ħaddiema li juru x-xewqa li jibbenefikaw minn dawn l-iskemi jingħataw l-għajnuna kollha meħtieġa f’dan il-proċess.
Il-Gvern sejagħti kull għajnuna possibbli permezz tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC), b’kollaborazzjoni sħiħa mal-Union, sabiex dawk il-ħaddiema li jieħdu xi skema ta’ rtirar kmieni, jekk ikunu jeħtiġu jingħataw ukoll għajnuna sabiex jerġgħu jirriturnaw fid-dinja tax-xogħol.  Għal dan il-għan se jiġu varati skemi ta’ taħriġ u għajnuna għal min irid jaħdem għal rasu u għal dawk li jistgħu jkunu f’xi żvantaġġ fit-tfittxija tax-xogħol.
XogħolPreżenti fit-Tarzna
Il-Gvern ul-Union jgħarfu l-bżonn li x-xogħol li għaddej bħalissa fit-tarzna jitlesta b’mod tajjeb u fl-iqsar żmien possibbli sabiex jittaffa l-piż finanzjarju fuq il-pajjiż.  Għal dan il-għan, iż-żewg partijiet jaqblu li jagħmlu dak kollu possibbli u jdaħħlu l-flessibiltajiet kollha li hemm bżonn sabiex dan ix-xogħol jitlesta mingħajr aktar dewmien.
Dawk lijieħdu l-iskemi jistgħu jintalbu, b’mod volontarju, sabiex jibqgħu fl-impjieg mat-tarzna għal perjodu definit sakemm ix-xogħol li għadu għaddej fit-tarzna jitlesta.
Impjiegfil-Kumpanija/i l-Ġdida/Ġodda
Il-Gvernjintrabat li waqt in-negozjati jagħmel ħiltu in buona fede biex jinnegozja garanzija ta’ l-impjieg għall-aktar snin possibbli għal dawk il-ħaddiema li se jibqgħu t-tarzna.
Il-Gvern lestli jiddiskuti mal-Union dwar in-numru ta’ snin ta’ garanzija li se jinnegozja meta jagħlqu l-iskemi.
Dan il-ftehimhuwa dipendenti fuq it-twettiq tal-privatizzazzjoni mingħajr il-ħtieġa tal-likwidazzjoni tal-kumpanija Malta Shipyards Limited.
Il-Gvern u l-GWUjridu jirringrazzjaw lis-Sur Joseph Farrugia, li aġixxa ta’ medjatur bi qbil bejn iż-żewġ naħat, u li ta kontribut importanti biex fil-mumenti d-diffiċli jżomm liż-żewġ naħat mal-mejda tad-diskussjoni.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

More Press Releases Right arrow