ATTIVITAJIET TAL-KUMITAT FESTI NAZZJONALI FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA NAZZJONALI TA' "JUM IL-VITTORJA" 2008
Il-Ħadd, 7 ta' Settembru 2008
10.00 hrs Tqegħid ta' kuruni mill-Kumitat Festi Nazzjonali fil-Forti Sant’ Anglu, Birgu, il-Monument tal-Vittorja, Isla u wara fiċ-Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata.
Serata Kommemorattiva f' Misraħ l-Assedju, il-Belt Valletta
| 17.55 hrs | Marċ mill-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta minn Bieb il-Belt għal Misraħ l-Assedju. |
| 18.05 hrs | Il-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta taħt it-tmexxija tal-Band Master, Warrant Officer Ivan Joe Borg, tesegwixxi programm mużikali ħdejn il-Monument tal-Assedju l-Kbir, f’Misraħ l-Assedju, Valletta |
| 18.15 hrs | Wasla tal-mistednin distinti |
| 18.25 hrs | Wasla tal- Prim Ministru |
| 18.30 hrs | Programm Musiko/Letterarju bil-parteċipazzjoni tal-Banda tal-Forzi Armati u l-kitarrist Tony Pace. Matul is-serata ssir diskors kommemorattiv mis-Sinjura Vicky Gauci. Lejn l-aħħar tas-serata issir ċerimonja ta’ Tqegħid ta' Kuruni mill-Prim Ministru, Mr Speaker, Kap tal-Oppożizzjoni, Persuni Distinti u Korpi Kostitwiti. |
INNU NAZZJONALI
It-Tnejn, 8 ta' Settembru, 2008
"JUM IL-VITTORJA"
| Quddiesa | Pontifikali fil-Konkatidral ta' San Ġwann |
| 09.30 hrs | Tluq tal-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta flimkien ma' Gwardja tal-Unur minn ħdejn il-Monument ta' Kristu Re, Floriana għal Triq ir-Repubblika, Valletta |
| 09.42 hrs | Wasla tal-Gwardja tal-Unur u l-Banda tal-Forzi Armati f' Misraħ San Ġwann, Valletta |
| 09.48 hrs | Wasla tal-Kmandant tal-Forzi Armati |
| 09.51 hrs | Wasla tal-Prim Ministru |
| 09.55 hrs | Wasla tal-E.T. il-President ta' Malta |
| Jingħata Salut | Nazzjonali u ssir spezzjoni tal-Gwardja tal-Unur |
| 10.00 hrs | Quddiesa Pontifikali u kant tat-"Te Deum" |
| 11.05 hrs | Tqegħid ta' Kuruna mill-E.T. il-President ta' Malta fuq il-Monument ta' l-Assedju l-Kbir, Valletta |
Regatta fil-Port il-Kbir
14.00 hrs Regatta tradizzjonali fil-Port il-Kbir, li fiha il-clubs tar-Regatta affiljati ma’ l-Għaqda Regatta Nazzjonali li huma Birżebbuġia, Birgu, Bormla, Kalkara, Senglea, Marsa u Marsamxett-Valletta jikkompetu f' Tiġrijiet tad-Dgħajjes tal-midalji b'erba' mqadef; Dgħajjes tal-pass b'erba' u b'zewġt imqadef; Fregatini b'żewġt imqadef u tmunier u Kajjikki b'zewġt imqadef. Ikun hemm ukoll ħames tiġrijiet fil-Kategorija Open u ħames tiġrijiet fil-Kategorija “B” . Fl-aħħar tat-tiġrijiet f’kull kategorija issir il-preżentazjoni tas-shields mill-Onor Ministru Dolores Cristina, Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport.
Stqarrijiet Oħra:
PR261976en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...
PR261976