Left arrow Go Back

ATTIVITAJIET  TAL-KUMITAT FESTI NAZZJONALI FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA NAZZJONALI TA' "JUM IL-VITTORJA" 2008

pr1237
Date Icon 05/09/2008

Il-Ħadd, 7 ta' Settembru 2008

10.00 hrs        Tqegħid ta' kuruni mill-Kumitat Festi Nazzjonali fil-Forti Sant’ Anglu, Birgu, il-Monument tal-Vittorja, Isla u wara fiċ-Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata.

Serata Kommemorattiva f' Misraħ l-Assedju, il-Belt Valletta

17.55 hrsMarċ mill-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta minn Bieb il-Belt għal Misraħ l-Assedju.
18.05 hrsIl-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta taħt it-tmexxija tal-Band Master, Warrant Officer Ivan Joe Borg, tesegwixxi programm mużikali ħdejn il-Monument tal-Assedju l-Kbir, f’Misraħ l-Assedju, Valletta
18.15 hrsWasla tal-mistednin distinti
18.25 hrsWasla tal- Prim Ministru
18.30 hrsProgramm Musiko/Letterarju bil-parteċipazzjoni tal-Banda tal-Forzi Armati u l-kitarrist Tony Pace. Matul is-serata ssir diskors kommemorattiv mis-Sinjura Vicky Gauci. Lejn l-aħħar tas-serata issir ċerimonja ta’ Tqegħid ta' Kuruni mill-Prim Ministru, Mr Speaker, Kap tal-Oppożizzjoni, Persuni Distinti u Korpi Kostitwiti.

                        INNU NAZZJONALI

It-Tnejn, 8 ta' Settembru, 2008

"JUM IL-VITTORJA"

QuddiesaPontifikali fil-Konkatidral ta' San Ġwann
09.30 hrsTluq tal-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta flimkien ma' Gwardja tal-Unur minn ħdejn il-Monument ta' Kristu Re, Floriana għal Triq ir-Repubblika, Valletta
09.42 hrsWasla tal-Gwardja tal-Unur u l-Banda tal-Forzi Armati f' Misraħ San Ġwann, Valletta
09.48 hrsWasla tal-Kmandant tal-Forzi Armati
09.51 hrsWasla tal-Prim Ministru
09.55 hrsWasla tal-E.T. il-President ta' Malta
Jingħata SalutNazzjonali u ssir spezzjoni tal-Gwardja tal-Unur
10.00 hrsQuddiesa Pontifikali u kant tat-"Te Deum"
11.05 hrsTqegħid ta' Kuruna mill-E.T. il-President ta' Malta fuq il-Monument ta' l-Assedju l-Kbir, Valletta

Regatta fil-Port il-Kbir

14.00 hrs        Regatta tradizzjonali fil-Port il-Kbir, li fiha il-clubs tar-Regatta affiljati ma’ l-Għaqda Regatta Nazzjonali li huma Birżebbuġia, Birgu, Bormla, Kalkara, Senglea, Marsa u Marsamxett-Valletta jikkompetu f' Tiġrijiet tad-Dgħajjes tal-midalji b'erba' mqadef; Dgħajjes tal-pass b'erba' u b'zewġt imqadef; Fregatini b'żewġt imqadef u tmunier u Kajjikki b'zewġt imqadef. Ikun hemm ukoll ħames tiġrijiet fil-Kategorija Open u ħames tiġrijiet fil-Kategorija “B” . Fl-aħħar tat-tiġrijiet f’kull kategorija issir il-preżentazjoni tas-shields mill-Onor Ministru Dolores Cristina, Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

More Press Releases Right arrow