Left arrow Mur Lura

Stqarrija għall-Istampa mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment: 10 għaqdiet igawdu €188,000 mill-Fond għall-Kawżi Ġusti

pr1236
Date Icon 04/09/2008

Stqarrija għall-Istampa mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment: 10 għaqdiet igawdu €188,000 mill-Fond għall-Kawżi Ġusti

Għaxar għaqdiet sportivi, mużikali, kulturali u filantropiċi bbenefikaw b’aktar minn €188,000 f’għajnuna finanzjarja diretta mill-Fond għall-Kawżi Ġusti, li huwa ġestit mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment.  

Fi preżentazzjoni li saret illum fl-istess Ministeru, il-Ministru Tonio Fenech feraħ lill-organizzazzjonijiet preżenti li minkejja limitazzjonijiet kbar fejn jidħlu aċċess għall-finanzi jirnexxilhom iwettqu ħidma li tkun ta’ benefiċċju għas-soċjetà billi jippermettu numru akbar ta’ persuni jgawdu minn attivitajiet ta’ natura soċjali, sportiva, mużikali, kulturali u filantropika. Tonio Fenech sostna li huwa ta’ sodisfazzjon li permezz ta’ dan il-Fond, il-Gvern jista’ jgħin lil dawn l-għaqdiet li permezz tal-membri tagħhom huma xhieda ta’ ċittadinanza attiva u impenn qawwi favur ħajja aħjar għal dawk ta’ madwarhom. 

Waqt l-istess okkażjoni, il-Ministru Fenech spjega li għadu kif kien maħtur kumitat ġdid li r-responsabbiltà tiegħu hija li jevalwa l-applikazzjoni għall-Fond bl-għan li jqassam l-għajnuna disponibbli għal dawk l-għaqdiet li l-aktar li għandhom bżonn. 

Grazzi għall-Fond għall-Kawżi Ġusti, l-għaqdiet konċernati ngħataw għajnuna fl-organizzazzjoni tal-attivitajiet li ġejjin: 

St. Dominic Home €45,000 għall-bini u xiri tat-tagħmir għall-użu fl-istess dar tal-anzjani
Marsa Cricket Club €7,000 bħala għajnuna għall-bini mill-ġdid tal-Padiljun
Għaqda Muzikali Immakulata Kuncizzjoni €12,000 b’appoġġ għal xogħol ta’ refurbishing fil-bini tas-soċjetà
Malta School Sports Federation €14,000 għall-organizzazzjoni ta’ Tournament Internazzjonali tat-Table-Tennis
Lifecycle €40,000 għajnuna biex din l-organizzazzjoni tixtri tagħmir mediku għar-Renal Unit
Musiconnect €2,000 biex grupp ta’ żgħażagħ li jaħdmu favur għarfien u sensittività akbar bejn kulturi differenti jtellgħu kunċert fit-Teatru Manoel
Nadur Youngsters F.C €35,000 favur ir-resurfacing tal-grawnd tal-futbol tan-Nadur
MKSU €1,200 ta’ għajnuna għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet akkademiċi
Special Olympics Malta €23,000 b’appoġġ għall-parteċipazzjoni tal-atleti Maltin fl-Ispecial Olympics
Dance Council Malta €9,000 għall-organizzazzjoni ta’ Dance Beyond – avveniment ta’ żfin li ġabar f’Malta żeffiena minn madwar l-Ewropa

DOI – 04.09.2008

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

Aktar Stqarrijiet Right arrow