KORSIJIET TA’ GHARFIEN FIL-QASAM TAL-KURA TAD-DEMENTIA
Minn 52,128 anzjan f’Malta, madwar 4,000 hu maħsub li għandhom din il-kundizzjoni
· Persuni ta’ 90 sena għandhom possibbilta’ ta’ 33 fil-mija li jibdew ibatu minn Dementia
| Riċentement il-Ministeru | għall-Politika Soċjali flimkien mas-Segretarjat għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ organizzaw korsijiet ta’ taħriġ għal persuni interessati fil-kura tad-Dementia. Dawn il-korsijiet, li bħala Project Leader kellhom lil Dr Ray Xerri, setgħu iseħħu bl-għajnuna tal-Programm ta’ Fondi Strutturali għal Malta 2004-2008 tal-Unjoni Ewropea bħala parti mill-European Social Fund (ESF). |
| L-ewwel kors li kien | inawgurat minn Dr. Stephanie Xuereb, Direttur għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ u Ms. Marjorie Bonello, Project Manager, kien ikopri attendenza selettiva ta’ madwar 30 parteċipant f’kull sessjoni. Fost il-parteċipanti attendew numru ta’ Nursing Managers, Nursing Officers, Head of Services u Enrolled Nurses fost l-oħrajn rispettivament. |
| Il-korsijiet | kellhom bħala tema: ‘Implementing person-centred practices’ u ‘Dementia care nursing - Promoting best practice in Malta’ rispettivament. Fi tmiem kull kors, Dr. Stephanie Xuereb, Direttur tad-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunita’ ppreżentat ċertifikati lil parteċipanti li segwew dawn il-korsijiet. |
| Minħabba | fis-suċċess li kellhom dawn il-korsijiet, tliet korsijiet oħra dwar l-istess tema issa se jkunu organizzati lejn it-tielet ġimgħa ta’ Settembru li ġej meta s-suġġetti diskussi f’dawn il-jiem se jkunu qed jistħarrġu aspetti ta’ implimentazzjoni ta’ prattiċi ffukati madwar il-persuna, l-għarfien dwar id-Dementia bħala kundizzjoni, kif ukoll prattiċi tal-kura tad-Dementia minn perspettiva personali. |
| Ta’ min jgħid | li l-kundizzjoni tad-Dementia hi waħda li sfortunatament qed tiżdied, proprju għaliex aktar anzjani qed jgħixu ħajja itwal. Biżżejjed jingħad li persuna ta’ madwar 90 sena għandha possibbilta’ ta’ 33 fil-mija li tibda tbati minn Dementia. |
| F’pajjiżna | biss, minn popolazzjoni ta’ 52,128 persuna li huma kkunsidrati bħala anzjani, xejn anqas minn 4,000 minnhom hu kkalkulat li proprju għandhom din il-kundizzjoni. Il-problema hi aktar serja milli tidher meta wieħed jaħseb li fl-għoxrin sena li jmiss il-persuni li se jkunu b’din il-kundizzjoni se jirdoppja, proprju minħabba l-avvanzi li qed isiru fil-qasam tas-saħħa madwar id-dinja u li qed joffru l-possibbilta’ li bniedem jgħix aktar. |
| Dwar din | il-kundizzjoni, ġurnalisti tal-Unit tal-Komunikazzjoni fi ħdan id-Dipartiment tal-Anzjani segwew mill-qrib dawn is-sessjonijiet u kellhom l-opportunita’ jintervistaw uħud mill-parteċipanti, kif ukoll kelliema ewlenin li mexxew dawn il-korsijiet. |
| Fost dawn | Rodianne Zammit ħadet il-kummenti ta’ Shirley Law, Project Manager/Associate Trainer miċ-Ċentru għall-Iżvilupp fis-Servizzi rigward Dementia fl-Universita` ta’ Stirling, li kienet apposta Malta biex spjegat fid-dettall x’inhi proprju din il-kundizzjoni u kif persuna jista’ joffri għajnuna u jew ikun ta’ servizz għal persuni bid-Dementia. |
| Fost l-oħrajn | Law, li ilha f’dan il-qasam għal dawn l-aħħar 30 sena, sostniet li d-Dementia hi kundizzjoni frott mard fil-moħħ normalment ta' natura kronika jew ta' natura progressiva li kulma tmur dejjem tiggrava sa mal-pazjent imut. Sal lum għad ma hemmx kura għaliha. |
| Fil-bidu | tal-kors il-kelliema qalet li f'dawn il-jumejn, hi se tgħaddi biżżejjed tagħrif lill-parteċipanti biex sa tmiem il-kors fuq il-post tax-xogħol jibdew jagħmlu differenza. Law saħqet li hi l-attitudni tal-Infermiera u dawk li jieħdu ħsieb il-pazjenti bid-Dementia li proprju għandha tgħin lill-istess persuni jħossuhom aħjar u anqas frustrati, u dan billi jaċċettaw ir-realta’ tagħhom. |
| Fiż-żewġ | korsijiet li saru, il-parteċipanti nghataw ktejjeb biex ikunu jistgħu isegwu aħjar dak li kien qed jintqal, kif ukoll kellhom iċ-ċans li jagħmlu diversi eżerċizzji mill-istess ktejjeb biex jifhmu aktar xi jħoss min jieħu ħsieb pazjent bid-Dementia, kif ukoll dwar kif iħossu l-istess pazjent. |
| Għal dawn l-eżerċizzji | Law bdiet billi talbet lil kull parteċipant iżomm f'moħħu pazjent partikolari biex tgħinu aktar fl-istess eżerċizzji. Fl-ewwel jum tal-korsijiet, intwera wkoll filmat qasir fejn l-udjenza ntalbet tinnota min mill-karattri kien ibati mid-Dementia. |
| Zammit | intervistat ukoll uħud fost dawk li pparteċipaw matul dawn il-korsijiet. Fil-fatt bħala kumment komuni jidher li l-każi tad-Dementia f'pajjiżna kulma jmur aktar qed jiżdiedu. |
| Dawn | il-korsijiet intlaqgħu tajjeb ħafna tant li xi wħud minn dawk li attendew stqarrew li korsijiet simili huma importanti, kemm għal min jaħdem mal-persuni li għandhom Dementia, kif ukoll għal pazjenti stess. Sostnew li permezz ta’ dan il-kors tgħallmu affarijiet li qabel ma kinux jafu jew li ma kinux daqshekk ċari minħabba f’nuqqas ta’ informazzjoni. |
| Tliet | Infermieri parteċipanti qalu li wara dawn il-jumejn, issa jafu kif għandhom iġibu rwieħhom ma’ dawn il-pazjenti u huma f’pożizzjoni li jidentifikaw it-tipi differenti ta’ Dementia, fejn qabel Dementia kienet titqies pjuttost bħala xi ħaġa ħolistika! |
| Min naħa l-oħra, | Staff Nurse tar-Residenza St Vincent de Paule semmiet li minħabba nuqqas ta’ informazzjoni huma kienu jitfixklu bejn Dementia, Delirium u Depression meta jiġu biex jagħmlu dijanjożi tal-pazjenti. Issa li l-informazzjoni hi ċara jistgħu jaħdmu aħjar u jagħtu l-għajnuna meħtieġa għall-ġid tal-pazjenti afdati lilhom. |
| Punt li | tqajjem minn Enrolled Nurse mid-Dar għall-Anzjani tal-Imtarfa kien li, issa min ipparteċipa f’dan it-taħriġ jista’ jifhem verament xi jħoss pazjent li għandu din il-kundizzjoni. Qabel ċerta affarijiet ma kinux jiġu kkunsidrati. |
| Ħadna wkoll | kumment mingħand Marjorie Bonello, Project Manager tal-ESF li qalet li hi kuntenta li dan it-taħriġ, imtella’ bil-fondi mill-Unjoni, Ewropea kien ta’ suċċess. Bonello wriet ix-xewqa li dak li ntqal mill-kelliema barranin jibda jintuża fil-prattika fi sforz biex isir dak it-tibdil mixtieq fil-kura tal-persuni bid-Dementia. |
| Corinne | Coleiro intervistat ukoll lil Alan Chapman, Direttur għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ miċ-Ċentru għall-Iżvilupp fis-Servizzi dwar Dementia fl-Universita` ta’ Stirling. Huwa qal li wara sbatax-il sena ta’ esperjenza f’ħidma ma’ senior staff teams, kienet għalih opportunita` interessanti li jiġi hawn Malta jaħdem ma’ nies li jmexxu d-Djar tal-Anzjani f’pajjiżna. |
| Kompla li | bl-għarfien u l-esperjenza tiegħu xtaq joffri assistenza lil dawn l-istess parteċipanti sabiex ikunu kapaċi jikkreaw opportunitajiet għall-membri tal-istaff tagħhom biex jitwassal l-aħjar servizz possibbli, dejjem fir-rigward ta’ din il-kundizzjoni. |
| Lejn tmiem | dawn il-korsijiet ħadna wkoll kumment mingħand Dr Stephanie Xuereb, Direttur tad-Dipartiment għall-Anzjani li spjegatilna kif dan it-taħriġ kien ta’ suċċess għaliex offra opportunita` lill-ħaddiema minn diversi gradi biex itejbu l-għarfien tagħhom dwar il-kundizzjoni tad-Dementia. |
| Xuereb | kompliet li tul it-taħriġ saret emfasi fuq patient centered approach – metodu ta’ kif jinħoloq pjan speċifiku għal kull individwu, iżda qalet li mhix ħaġa faċli li jiġi implimentat metodu bħal dan f’istituzzjonijiet kbar bħal tagħna. |
| Żiedet tgħid | li minkejja kollox, dan it-taħriġ offra l-għajnuna lill-parteċipanti li kellhom l-opportunita` li jaqsmu d-diffikultajiet tagħhom flimkien u jwessgħu lil-kapaċitajiet individwali tagħhom permezz ta’ esperjenzi ma’ kull min kien preżenti. |
| Xuereb uriet | ix-xewqa li kull min ħa sehem f’dan it-taħriġ jibda juża l-għodda li kiseb u jkompli jifrex dan it-tagħlim mal-kumplament ta’ sħabhom kollegi fuq il-post tax-xogħol. |
Kif diġa’ ngħad, fuq talba ġenerali, il-korsijiet dwar id-Dementia se jipproċedu wkoll f’Settembru meta aktar kelliema u parteċipanti minn diversi entitajiet lokali mistennija jkomplu jiżviluppaw fuq it-temi diġa’ msemmija bil-għan li lokalment jikber aktar l-għarfien dwar il-kura tad-Dementia. Sadattant, il-pubbliku li jinteressah ikun jaf aktar dwar din il-kundizzjoni jista’ faċilment jikseb aktar informazzjoni billi jidhol fis-sit elettroniku- www.dementia.stir.ac.uk
Stqarrijiet Oħra:
PR261976en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...
PR261976