IL-KUMITAT MAGĦŻUL TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI JNIEDI PROĊESS TA’ KONSULTAZZJONI PUBBLIKA
| Il-Kumitat Magħżul, maħtur | flimkien mill-Gvern u mill-Oppożizzjoni biex jirrakkomanda dwar diversi materji ta’ interess nazzjonali, qed iniedi proċess ta’ konsultazzjoni pubblika. Il-Kumitat jistieden organizzazzjonijiet u membri tas-soċjetà ċivili biex jiktbu lill-Kumitat fuq is-suġġett jew suġġetti li jinteressahom minn fost dawk elenkati fir-Riżoluzzjoni mgħoddija mill-Parlament. Il-Kumitat qed jistieden ukoll lill-istess organizzazzjonijiet u membri tas-soċjetà ċivili sabiex jindikaw l-interess tagħhom li jiġu mistiedna jieħdu sehem f’laqgħat ta’ konsultazzjoni pubblika (public hearings) fuq dawn is-suġġetti. Il-Kumitat ser jippubblika avviżi fil-ġurnali biex jagħti d-dettalji dwar l-applikazzjoni li tinħtieġ timtela għal dan l-iskop. |
| Il-Kumitat reġa’ ltaqa’ | dalgħodu fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament taħt il-presidenza ta’ Mr Speaker, l-Onor. Louis Galea. |
| Il-Membri tan-naħa tal-Gvern | tmexxew mill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor Tonio Borg, filwaqt li l-Membri tan-naħa tal-Oppożizzjoni tmexxew mill-Onor Anġlu Farrugia, Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament. |
| Il-Kumitat Magħżul se | jorganizza laqgħat ta’ konsultazzjoni pubblika (public hearings) dwar is-suġġetti elenkati fir-Riżoluzzjoni mgħoddija mill-Parlament imqassma fi tliet temi: |
| - IT-TISĦIĦ | TAL-PARLAMENT |
| - IT-TISĦIĦ TA’ TRASPARENZA U KONTABILITÀ | (Tisħiħ tal-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni, tisħiħ tal-Istituzzjoni tal-Ombudsman, issikkar fuq konflitt ta’ interess ta’ Membri Parlamentari, Segretarji Parlamentari u Ministri, finanzjament pubbliku ta’ partiti politiċi) |
| - IT-TISĦIĦ TAL-KOSTITUZZJONI | (inkluż titjib fil-Liġi Elettorali u x-Xandir f’Malta) |
Mr Speaker qed jistieden lil min hu interessat jipparteċipa biex jikseb applikazzjoni minn fuq il-websajt tal-Parlament www.parliament.gov.mt u jibgħatha b’email fuq l-indirizz selectcommittee@gov.mt, jew bil-fax fuq in-numru 25596400, jew bil-posta lil Select Committee, Uffiċċju tal-Iskrivan tal-Kamra, Kamra tad-Deputati, Il-Palazz, Il-Belt Valletta, jew billi jċempel l-Uffiċċju ta’ l-Iskrivan tal-Kamra fuq in-numru tat-telefon 25596206, sa mhux aktar tard minn nhar l-Erbgha, 24 ta’ Settembru, 2008.
| L-Uffiċċju tal-Iskrivan | tal-Kamra jikkomunika l-post, il-ġranet u l-ħinijiet tal-konsultazzjonijiet pubbliċi aktar tard. |
| Il-Kumitat Magħżul | twaqqaf mill-Parlament b’vot unanimu fis-seduta tas-16 ta’ Lulju, 2008 fuq Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi u sekondata mill-Onor Anġlu Farrugia. |
Il-Kumitat ifakkar lifuq is-sit uffiċjali tal-parlament www.parliament.gov.mt hemm paġna dedikata esklussivament għall-ħidma tal-Kumitat biex il-pubbliku jinżamm mgħarraf bid-dokumenti u l-ħidma tal-kumitat.
Mr Speaker, Dr Louis Galea fisser li l-aħjar kontribut ikun dejjem dak maħsub u bil-miktub. Hu għalhekk li l-Kumitat jistieden opinjonijiet, suġġerimenti jew rakkomandazzjonijiet bl-email fuq selectcommittee@gov.mt jew bil-posta indirizzata “Mr Speaker, Kumitat Magħżul tal-Kamra, Kamra tad-Deputati, Valletta”.
Fil-ġimgħat li ġejjin il-Kumitat se jorganizza sessjonijiet apposta miftuħa għall-pubbliku biex fihom jisma’ direttament gruppi u għaqdiet li jkunu jridu jfissru l-ideat tagħhom dwar il-materji msemmija fir-Riżoluzzjoni.
Aktar informazzjoni
Il-materji ta’ interess nazzjonali li r-Riżoluzzjoni (mozzjoni Nru 47) ssemmi huma:
- It-tisħiħ tal-Parlament;
- It-tisħiħ tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni;
- It-tisħiħ tal-Uffiċċju tal-Ombudsman;
- Liġi dwar il-Finanzjament tal-Partiti Politiċi;
- Titjib fis-sistema elettorali fil-kuntest ta’ reviżjoni tal-Kostituzzjoni;
- Liġi dwar issikkar fuq konflitt ta’ interess ta’ Membri Parlamentari, Ministri u Segretarji Parlamentari; u
- Ix-xandir f’Malta.
Il-Kumitat Magħżul hu kompost hekk:
Speaker L-Onor Louis Galea
Deputy Speaker L-Onor Carmelo Abela
Għan-naħa tal-Gvern:
| Membri: | L-Onor Tonio Borg |
| L-Onor | Austin Gatt |
| L-Onor | Francis Zammit Dimech |
| Sostituti: | L-Onor Michael Frendo |
| L-Onor | Beppe Fenech Adami |
| L-Onor | Charló Bonnici |
Għan-naħa tal-Oppożizzjoni:
| Membri: | L-Onor Anglu Farrugia |
| L-Onor | Charles Mangion |
| L-Onor | Karmenu Vella |
| Sostituti: | L-Onor Evarist Bartolo |
| L-Onor | Michael Falzon |
| L-Onor | George Vella |
Stqarrijiet Oħra:
PR261976en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...
PR261976