Left arrow Go Back

IL-KUMITAT MAGĦŻUL TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI  JNIEDI PROĊESS TA’ KONSULTAZZJONI PUBBLIKA

pr1231
Date Icon 03/09/2008
Il-Kumitat Magħżul, maħturflimkien mill-Gvern u mill-Oppożizzjoni biex jirrakkomanda dwar diversi materji ta’ interess nazzjonali, qed iniedi proċess ta’ konsultazzjoni pubblika. Il-Kumitat jistieden organizzazzjonijiet u membri tas-soċjetà ċivili biex jiktbu lill-Kumitat fuq is-suġġett jew suġġetti li jinteressahom minn fost dawk elenkati fir-Riżoluzzjoni mgħoddija mill-Parlament. Il-Kumitat qed jistieden ukoll lill-istess organizzazzjonijiet u membri tas-soċjetà ċivili sabiex jindikaw l-interess tagħhom li jiġu mistiedna jieħdu sehem f’laqgħat ta’ konsultazzjoni pubblika (public hearings) fuq dawn is-suġġetti. Il-Kumitat ser jippubblika avviżi fil-ġurnali biex jagħti d-dettalji dwar l-applikazzjoni li tinħtieġ timtela għal dan l-iskop.
Il-Kumitat reġa’ ltaqa’dalgħodu fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament taħt il-presidenza ta’ Mr Speaker, l-Onor. Louis Galea.
Il-Membri tan-naħa tal-Gverntmexxew mill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor Tonio Borg, filwaqt li l-Membri tan-naħa tal-Oppożizzjoni tmexxew mill-Onor Anġlu Farrugia, Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament.
Il-Kumitat Magħżul sejorganizza laqgħat ta’ konsultazzjoni pubblika (public hearings) dwar is-suġġetti elenkati fir-Riżoluzzjoni mgħoddija mill-Parlament imqassma fi tliet temi:
- IT-TISĦIĦTAL-PARLAMENT
- IT-TISĦIĦ TA’ TRASPARENZA U KONTABILITÀ(Tisħiħ tal-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni, tisħiħ tal-Istituzzjoni tal-Ombudsman, issikkar fuq konflitt ta’ interess ta’ Membri Parlamentari, Segretarji Parlamentari u Ministri, finanzjament pubbliku ta’ partiti politiċi)
- IT-TISĦIĦ TAL-KOSTITUZZJONI(inkluż titjib fil-Liġi Elettorali u x-Xandir f’Malta)

Mr Speaker qed jistieden lil min hu interessat jipparteċipa biex jikseb applikazzjoni minn fuq il-websajt tal-Parlament www.parliament.gov.mt u jibgħatha b’email fuq l-indirizz selectcommittee@gov.mt, jew  bil-fax fuq in-numru 25596400, jew bil-posta lil Select Committee, Uffiċċju tal-Iskrivan tal-Kamra, Kamra tad-Deputati, Il-Palazz, Il-Belt Valletta, jew billi jċempel l-Uffiċċju ta’ l-Iskrivan tal-Kamra fuq in-numru tat-telefon 25596206, sa mhux aktar tard minn nhar l-Erbgha, 24 ta’ Settembru, 2008.

L-Uffiċċju tal-Iskrivantal-Kamra jikkomunika l-post, il-ġranet u l-ħinijiet tal-konsultazzjonijiet pubbliċi aktar tard.
Il-Kumitat Magħżultwaqqaf mill-Parlament b’vot unanimu fis-seduta tas-16 ta’ Lulju, 2008 fuq Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi u sekondata mill-Onor Anġlu Farrugia.

Il-Kumitat ifakkar lifuq is-sit uffiċjali tal-parlament www.parliament.gov.mt hemm paġna dedikata esklussivament għall-ħidma tal-Kumitat biex il-pubbliku jinżamm mgħarraf bid-dokumenti u l-ħidma tal-kumitat.

Mr Speaker, Dr Louis Galea fisser li l-aħjar kontribut ikun dejjem dak maħsub u bil-miktub. Hu għalhekk li l-Kumitat jistieden opinjonijiet, suġġerimenti jew rakkomandazzjonijiet bl-email fuq selectcommittee@gov.mt jew bil-posta indirizzata “Mr Speaker, Kumitat Magħżul tal-Kamra, Kamra tad-Deputati, Valletta”.

Fil-ġimgħat li ġejjin il-Kumitat se jorganizza sessjonijiet apposta miftuħa għall-pubbliku biex fihom jisma’ direttament gruppi u għaqdiet li jkunu jridu jfissru l-ideat tagħhom dwar il-materji msemmija fir-Riżoluzzjoni.

Aktar informazzjoni

Il-materji ta’ interess nazzjonali li r-Riżoluzzjoni (mozzjoni  Nru 47) ssemmi huma:

  1. It-tisħiħ tal-Parlament;
  2. It-tisħiħ tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni;
  3. It-tisħiħ tal-Uffiċċju tal-Ombudsman;
  4. Liġi dwar il-Finanzjament tal-Partiti Politiċi;
  5. Titjib fis-sistema elettorali fil-kuntest ta’ reviżjoni tal-Kostituzzjoni;
  6. Liġi dwar issikkar fuq konflitt ta’ interess ta’ Membri Parlamentari, Ministri u Segretarji Parlamentari; u
  7. Ix-xandir f’Malta.

Il-Kumitat Magħżul hu kompost hekk:

Speaker                       L-Onor Louis Galea

Deputy Speaker           L-Onor Carmelo Abela

Għan-naħa tal-Gvern:

Membri:L-Onor Tonio Borg
L-OnorAustin Gatt
L-OnorFrancis Zammit Dimech
Sostituti:L-Onor Michael Frendo
L-OnorBeppe Fenech Adami
L-OnorCharló Bonnici

Għan-naħa tal-Oppożizzjoni:

Membri:L-Onor Anglu Farrugia
L-OnorCharles Mangion
L-OnorKarmenu Vella
Sostituti:L-Onor Evarist Bartolo
L-OnorMichael Falzon
L-OnorGeorge Vella
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

More Press Releases Right arrow