Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, L-ONOR. CLYDE PULI, IĦABBAR L-EWWEL “ĠIMGĦA EWROPEA GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ” F’PAJJIŻNA

pr1230
Date Icon 03/09/2008
“Iż-żgħażagħ jagħtukontribut kbir lis-soċjetà u dan hu rifless fil-parteċipazzjoni tagħhom f’numru kbir ta’ għaqdiet. Dan kollu mistenni jkompli jispikka waqt il-Ġimgħa Ewropea għaż-Żgħażagħ li ser tkun qed tittella’ għall-ewwel darba f’pajjiżna.”
Dan ħabbru s-SegretarjuParlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha ħabbar il-European Youth Week li ser tkun ċċelebrata bejn il-Ħadd 2 ta’ Novembru  u l-Ħadd 9 ta’ Novembru 2008, fil-Belt Valletta.
Din ir-raba’ edizzjonital-European Youth Week ser issir fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u Malta ser tingħaqad l-ewwel darba mal-pajjiżi membri l-oħra. L-għan ta’ din il-ġimgħa hu li jkun iċċelebrat is-sehem attiv li l-ġenerazzjoni żagħżugħa għandha fis-soċjetà. Matul din il-ġimgħa, f’pajjiżna ser jittellgħu bosta attivitajiet miż-żgħażagħ għaż-żgħażagħ. L-attivitajiet ivarjaw minn attivitajiet kulturali, esebizzjonijiet artistiċi, kunċerti minn bands lokali, diskussjonijiet,  kif ukoll attivitajiet sportivi. Dan kollu ser ikun kofinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea.
Is-SegretarjuParlamentari qal li l-parteċipazzjoni ta’ ammont kbir ta’ żgħażagħ matul din il-ġimgħa ser tkun qed tirrifletti l-enerġija ta’ din il-ġenerazzjoni. Hu semma kif aktar minn mitt żagħżugħ u żagħżugħa kkonfermaw il-parteċipazzjoni tagħhom u fl-istess ħin stieden lil dawk kollha li huma interessati li jipparteċipaw biex jagħmlu kuntatt mas-segretarjat tiegħu fuq in-numru 21485100. L-Onor. Clyde Puli tenna li din il-parteċipazzjoni ser tkompli toħroġ il-pożittiv u s-sabiħ taż-żgħożija.
Clyde Puli faħħar ukollis-sehem tal-Maltese Association of Youth Workers (MAY) li hija parti integrali minn dan il-proġett. Is-Segretarju Parlamentari qal li permezz tad-diskussjonijiet li ser ikunu qed jiġu organizzati mill-MAY matul din il-ġimgħa, ser ikun qed jissokta l-proċess ta’ konsultazzjoni fil-proċess ta’ aġġornament tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ. Fil-fatt it-temi magħżula għal matul din il-ġimgħa t’attivitajiet, huma marbuta b’mod dirett ma’ din il-politika.
Il-konferenza tal-aħbarijietkienet indirizzata wkoll minn Mauro Pace Parascandalo, il-Koordinatur Nazzjonali għall-Aġenzija tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea (EUPA). Mauro Pace Parascandalo ta dettalji dwar il-fondi Ewropej u dwar kif din l-attività ser tkun qed issir madwar l-Ewropa kollha bil-qofol ser ikun qed jintlaħaq fi Brussell.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

More Press Releases Right arrow