Left arrow Go Back

11,645  persuna jipparteċipaw fi programmi edukattivi u ta’ taħriġ

pr1229
Date Icon 03/09/2008
Il-mira tal-Gvern għall-poplu tagħna hi lil-poplu tagħna jtejjeb il-kwalita’ tal-ħajja b’opportunitajiet ġodda.  Opportunitajiet edukattivi, opportunitajiet ta’ xogħol u ta’ taħriġ fost l-oħrajn.  Għalhekk l-edukazzjoni hi fil-qofol tal-ħidma tal-Gvern u rridu li sas-sena 2015, Malta tkun ukoll ċentru ta’ eċċellenza fl-edukazzjoni, fejn jiżdiedu l-istituzzjonijiet edukattivi biex aktar tfal u żgħażagħ ikomplu jistudjaw, jispeċjalizzaw u jkollhom aktar għażliet fil-korsijiet li jsegwu.
Dan qalitu l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni,Żgħażagħ u Sports, Dolores Cristina waqt konferenza tal-aħbarijiet li kienet indirizzata wkoll mis-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u  Informazzjoni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, l-Onor. Chris Said.
Il-Ministru qalet li mill-Budget tas-snin2007 – 2013 tal-Unjoni Ewropea għal Malta diġa’ hemm approvati 16-il proġett fil-qasam edukattiv. Hi qalet li hemm 10 proġetti sottomessi li qed jistennew l-approvazzjoni.  Fost l-ewwel proġetti li ġew approvati hemm dawk fl-edukazzjoni.
Mill-fondi tal-Unjoni Ewropea l-MCAST sejkun jista’ jkollu ċentru ta’ taħriġ Multimedia fl-Istitut tal-Arti u d-Disinn; se jitkabbar u jittejjeb l-Istitut tal-Inġinerija Mekkanika; se jkun hemm Laboratorju tal-Lingwi fl-Istitut tan-Negozju u Kummerċ; se jinxtara l-apparat għal Contact Training Facility fl-Istitut tan-Negozju u l-Kummerċ; se ssir espansjoni u titjib fl-Istitut tal-Inġinerija Elettrika u Elettronika f’Malta u Għawdex; u se jsir laboratorji u sistemi ta’ Kompjuters ġodda fl-Istitut tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni.
Il-Ministru Dolores Cristina kompliet tgħidli l-bini u l-apparat mhux biżżejjed u għalhekk se jsir aktar investiment fir-riżorsi umani, anki b’fondi ta’ l-Unjoni Ewropea.  Se jitjiebu wkoll il-korsijiet li jiġu offruti u se jitnedew programmi ġodda li jwasslu għal Degrees.
Se jsir investiment qawwi wkollfl-Universita’ ta’ Malta fejn se jsiru laboratorji ġodda biex anki tkun tista’ ssir riċerka li qabel ma kienitx issir u se jinbena u jinxtara l-apparat meħtieġ għall-fakulta’ ġdida ta’ l-ICT.  Il-Gvern irid li tiżdied aktar ir-riċerka f’pajjiżna u għalhekk anki mill-fondi ta’ l-Unjoni Ewropea se jun hemm partijiet minnhom li se jiġu allokati biex jiżdiedu l-kompetenzi fir-riċerka u l-iżvilupp.
Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal lil-Gvern jemmen bis-sħiħ fl-edukazzjoni.  L-edukazzjoni hi wieħed mill-pilastri ewlenin li fuqhom tistrieħ il-politika tal-Gvern.  L-Edukazzjoni hi fuq quddiem nett ta’ l-aġenda tal-Gvern.  B’edukazzjoni nifhmu opportuntajiet edukattivi għal kulħadd mit-tfal żgħar sa l-anzjani u opportunitajiet mifruxa għal kulħadd fosthom għal-ħaddiema li jkunu f’impjieg, il-persuni b’dizabilita’, in-nisa u nies li jkun f’riskju ta’ esklużjoni.  Mill-politika edukattiva tagħna jiddependi l-iżvilupp soċjali ta’ pajjiżna, għalhekk dan hu Gvern li jagħti importanza lill-edukazzjoni.
Din l-importanza hi riflessa wkollfil-prijoritajiet li jfassal dan il-Gvern.  Mill-fondi ta’ l-Unjoni Ewropea għall-2004 sa l-2006, 33% tal-proġetti jiġifieri terz minnhom, kienu proġetti marbuta ma’ l-Edukazzjoni filwaqt li fil-proġetti 2007 – 2013, 50% tal-proġetti li huma approvati s’issa, jiġifieri nofshom huma mmirati lejn l-edukazzjoni.
Chris Said qal li mill-fondi ta’ l-UnjoniEwropea allokati lil Malta bejn l-2004 u l-2006 saru mijiet ta’ korsijiet.  11,645 persuna ta’ etajiet differenti ipparteċipaw f’korsijiet edukazzjoni li saru b’fondi ta’ l-Unjoni Ewropea.  Fost il-korsijiet kien hemm dawk immirati lejn persuni b’dizabilita’, oħrajn lejn in-nisa tad-dar, lejn nisa li jridu jiftħu negozju għal rashom, fl-artiġġjanat, fl-ICT, għall-għalliema u oħrajn għall-anzjani.  Dawn il-korsijiet kienu mifruxa f’diversi kunsilli lokali u ċentri ta’ taħriġ bl-iskop li jkunu milħuqa minn kulħadd.
Il-Gvern dejjem saħaq li l-mara għandhaħafna x’tagħti fid-dinja tax-xogħol u b’dawn il-fondi ġew mgħejjuna diversi child care centres, sabiex il-ġenituri jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu mingħajr tfixkil.
Chris Said temm jgħid li l-Gvern se jibqa’jagħti importanza lill-edukazzjoni għaliex irridu li t-tfal tagħna, uliedna, iż-żgħażagħ, il-ħaddiema, min irid jikseb ħiliet ġodda jirnexxi u jsib opportunitajiet ġodda ta’ edukazzjoni u taħriġ li jista’ jużahom fl-iżvilupp tiegħu jew tagħha.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

More Press Releases Right arrow