STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARjU PARLAMENTARI TAS-SAĦĦA
pr1223
02/09/2008
| Nhar | it-Tnejn l-ewwel ta’ Settembru sar rapport li infermiera fl-Isptar Mater Dei waqt li kienet qed tiekol fil-canteen sabet ras ta’ ġurdien fil-platt tagħha. |
| Il-Management ta’ l-isptar | ħa azzjoni immedjata biex jibdew l-investigazzjonijiet. Spetturi tas-saħħa pubblika kienu fuq il-post fi żmien qasir biex jivverifikaw il-fatti u għamlu l-ewwel rapporti tagħhom. |
| Billi l-ħaxix ġie impurtat | mill-Belġju wara li ġie proċessat u ppakkjat fl-Olanda, l-ispettorat Malti għas-Saħħa Pubblika infurmat lir-Rapid Alert System for Food and Feed biex jieħdu l-passi, jiġbru u jinvestigaw il-batch mis-suq Ewropew. |
| Sadanittant l-ispettorat | Malti għamel kuntatt mas-supplier, mar fl-imħażen tiegħu u ssiġġilla l-kumplament tal-pakketti mill-istess konsenja. |
| L-ispettorat Malti | għas-saħħa pubblika se jieħu azzjoni kontra l-persuna responsabbli kif titlob il-liġi. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261976en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...
PR261976