Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, L-ONOR. CLYDE PULI JAWGURA SUĊĊESS LIL ANTONIO FLORES QABEL IT-TLUQ TIEGĦU GĦAL BEIJING

pr1220
Date Icon 01/09/2008
Is-SegretarjuParlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli sellem lill-atleta żagħżugħ Malti Antonio Flores qabel ma dan telaq lejn Beijing biex jieħu sehem fil-logħob Paralimpiku.  Flores kien akkumpanjat mis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Paralimpiku Malti Pippa Roberts.
Clyde Puliawgura lil Antonio li jkollu prestazzjoni tajba f’dan il-logħob.  Hu rringrazzja wkoll lill-Kumitat Paralimpiku Malti għall-ħidma li diġà beda jwettaq filwaqt li awguralu kull suċċess propju ftit ġranet biss wara li dan il-kumitat ġie mniedi fil-preżenza tiegħu stess.
Antonio Floreshuwa mħarreġ minn Jivko Jetchev u fiċ-Ċina mistenni jieħu sehem fil-100m, fil-heat ­li se tinżamm nhar it-8 ta’ Settembru.  Hu se jkun l-uniku atleta Malti waqt dan il-logħob u se jkollu x-xorti wkoll li fis-6 ta’ Settembru jġorr it-torċa olimpika.  Il-parteċipazzjoni u ż-żjara ta’ Flores hija appoġjata mill-Gvern u l-Kunsill Malti għall-Isport.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

Aktar Stqarrijiet Right arrow