IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, L-ONOR. CLYDE PULI JILQA’ LURA F’MALTA LIL AARON CIANTAR REBBIEĦ TAL-KAMPJONAT EWROPEW TAL-POWERBOATS
pr1219
01/09/2008
| Is-Segretarju Parlamentari | għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli feraħ personalment lis-sewwieq Malti Aaron Ciantar għar-rebħ tal-kampjonat Ewropew tal-Powerboats flimkien mal-kollega tiegħu t-Taljan Angelo Tedeschi li saq fuq il-powerboat Chadron mibnija f’Malta. Aaron Ciantar isuq ukoll fil-kampjonat dinji tal-powerboats P1 fejn fil-preżent jinsab fl-ewwel post fil-klassi Supersport. |
| Fi tmiem | il-ġimgħa li għaddiet, il-koppja Ciantar u Tedeschi rebħu l-Gran Prix ta’ Lettuno fl-Italja fejn rebħu ż-żewġ tiġrijiet tas-Sibt u l-Ħadd fil-Mediterranean Grand Prix, Provincia di Roma. Dawn is-sewwieqa mhux biss ġew dikjarati r-rebbieħa tal-kampjonat Taljan, Italian Powerboat series iżda aktar minn hekk, rebħu l-European Endurance World Championship grupp B. |
| Ftit wara li | Aaron Ciantar kien dikjarat champion ta’ l-Ewropa, Clyde Puli għamel kuntatt miegħu u awguralu personalment. Is-Segretarju Parlamentari qal li jinsab fiduċjuż li wara r-rebħ tal-Kampjonat Ewropew, Aaron Ciantar se jagħmel minn kollox biex jirbaħ kampjonat internazzjonali ieħor ewlieni u importanti, dak tal-Powerboats P1 li jitkompla ftit tal-jiem oħra. |
| Illum, | is-Segretarju Parlamentari laqa’ personalment lil Aaron Ciantar f’Malta meta dan irritorna lura mill-Italja. Clyde Puli awgura lil dan is-sewwieq żagħżugħ aktar suċċess fil-futur u wassallu l-awgurju tal-poplu Malti li għad ikollu għall-ewwel darba champion dinji fil-P1 fil-futur qrib. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261976en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...
PR261976