L-ONOR. CHRIS SAID, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KONSULTAZZJONI PUBBLIKA U INFORMAZZJONI, JILTAQA’ MAL-GOZO FOOTBALL ASSOCIATION
pr1218
01/09/2008
| L-Onor. Chris Said fl-aħħar | jiem kellu laqgħa mal-uffiċjali l-ġodda tal-Gozo Football Association. F'din il-laqgħa s-Segretarju Parlamentari kellu l-okkażjoni li jiltaqa' u jifraħ lill-President ġdid tal-Assoċjazzjoni Alvin Grech, lill-Viċi President Anton Camilleri u s-Segretarju Ġenerali Joe Bajada. Huwa awguralhom kull suċċess fil-kariga ġdida tagħhom. |
| Alvin Grech, President | tal-Assoċċjazzjoni Għawdxija tal-Football spjega lill-Onor. Said illi l-Assoċċjazzjoni għandha diversi proġetti immirrati sabiex jitjiebu l-faciltiajiet sportivi fil-Gozo Stadium. Dan ser iwassal biex ikun jista’ jinfetaħ suq għat-turiżmu sportiv f’Għawdex bil-possibilitajiet ta’ timijiet Nordiċi u mill-Ewropa Ċentrali jitħajru jużaw il-faċilitajiet sportivi anke billi l-klima tagħna hija waħda li tgħin saħansitra fix-xhur tax-xitwa. Il-Gozo Football Association qed tfittex li tikofinanzja dawn il-progetti permezz ta' applikazzjonjiet li ser tissottometti għal fondi minn programmi tal-Unjoni Ewropea. |
| Dott. Said irringrazzja | lil-GFA tal-istedina u qal li bħala ex-President tal-GFA għal diversi snin hu ta’ sodisfazzjon kbir għalih li jiltaqa' mad-diriġenti ġodda tal-Assoċċjazzjoni. Dott Said qal li issa bit-twaqqif tal-MEUSAC ser ikun hemm persuni imħarrġa apposta, li r-rwol tagħhom ser ikun dak li jassistu organizazzjonijiet bħal-GFA għal talbiet ta' ko-finanzjament. L-għajnuna tista' tingħata mill-bidu nett tal-proċess, permezz ta’ għajnuna fil-preparazzjoni tal-applikazzjoni u l-informazzjoni li tkun meħtieġa li tingħata. |
Other Press Releases:
PR261976en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...
PR261976