Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, CLYDE PULI, INIEDI IT-TIENI FAŻI TAL-PROĊESS TA’ KONSULTAZZJONI DWAR L-AĠĠORNAMENT TAL-POLITIKA NAZZJONALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

pr1216
Date Icon 29/08/2008
“Il-PolitikaNazzjonali taż-Żgħażagħ għandha tirrifletti x-xewqat ta’ din il-ġenerazzjoni. Għalhekk ser ninżlu fit-toroq biex inkunu nistgħu nisimgħu dak li jridu ż-żgħażagħ minn għandhom stess.” Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, l-Onor. Clyde Puli, waqt it-tnedija tat-tieni fażi tal-proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ.
Waqt din il-fażi ta’konsultazzjoni s-Segretarjat Parlamentari se jżur żoni frekwentati miż-żgħażagħ. Huwa ppjanat li fuq medda ta’ xahar il-gvern se jkun qed idur numru ta’ lokalitajiet frekwentati miż-żgħażagħ, fosthom San Ġiljan, Buġibba, Wied il-Għajn, Marsalforn u anke il-Belt Valletta, biex jieħu l-opinjoni tagħhom.

Clyde Puli semma kif il-proċess ta’ konsultazzjoni sa issa kien wieħed inkoraġġanti. Dan kien il-każ meta l-istess kwestjonarju sar waqt il-fiera Internazzjonali ta’ Malta u anke meta tpoġġa fuq l-internet fuq is-sit www.education.gov.mt u fuq www.facebook.com. Il-kumitat konsultattiv maħtur mis-Segretarju Parlamentari biex jirrakkomanda dwar l-aġġornament tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ, qiegħed jieħu idea tat-temi li ż-żgħażagħ jixtiequ li jkunu diskussi u anke inkorporati fil-politika aġġornata. 

Huwa fakkar kif f’Ġunjutnieda l-proċess tal-aġġornament tal-Politika Nazzjonali u nħatar kumitat li beda janalizza l-politika preżenti. Fl-istess ħin is-Segretarju Parlamentari għaddej b’numru ta’ laqgħat ma’ għaqdiet nazzjonali taż-żgħażagħ li magħhom qed jiddiskuti din ir-riforma meħtieġa kif ukoll aspetti oħra li jolqtu liż-żgħażagħ.
Is-SegretarjuParlamentari sostna l-fiduċja sħiħa tiegħu fiż-żgħażagħ u l-kapaċitajiet tagħhom.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

Aktar Stqarrijiet Right arrow