ESTIŻI Ż-ŻONI PEDONALI FIL-BELT VALLETTA
pr1214
29/08/2008
| Il-Ministeru | għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni flimkien mal-GRTU u l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta ħabbar id-dettalji dwar it-tieni fażi marbuta mal-proġett li permezz tiegħu se jkunu qegħdin jiżdiedu ż-żoni pedonali fil-belt kapitali kif ukoll il-ħinijiet għall-ħatt tal-merkanzija lil tal-ħwienet. |
| Il-Ministru Austin Gatt qal | li “dan hu proġett mifrux fit-tul, li jolqot komunitajiet differenti b’interessi differenti, fejn il-Gvern se jkompli jfittex li jinstab kompromess għall-aħjar tar-residenti, għal min jaħdem fil-Belt u għal min jaqla’ l-flus għax għandu n-negozju.” |
| It-tieni fażi se tidħol | fis-seħħ min-nhar it-Tnejn, l-1 ta’ Settembru, 2008 wara proċess ta’ konsultazzjoni li wassal għall-qbil bejn il-Gvern, il-GRTU li tirrapreżenta l-komunita kummerċjali u l-Kunsill Lokali tal-Belt. |
| Austin Gatt, il-Ministru | għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni f’konferenza ta l-aħbarijiet li ta llum qal li l-inizjattivi l-ġodda jinkludu: |
| L-estensjoni taż-żona | pedonali li tkopri Triq Nofsinhar u Triq San Ġwann |
| Tnaqqis tat-traffiku wara | nofsinhar |
| Tibdil fid-direzzjoni | tat-traffiku, l-aktar għad-distributuri tal-ħwienet |
| Installazzjoni ta’ bollard | mekkaniku fi Triq San Ġwann |
| Il-Ministru Austin Gatt qal | li dawn il-miżuri l-ġodda qegħdin jittieħdu minħabba xejriet ġodda fl-attivita fil-Belt. Hu semma b’mod partikulari kif ħafna mill-ħwienet qegħdin jiftħu għan-negozju aktar tard mid-9:00 am, u għaldaqstant bi ftehim mal-GRTU u mal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta l-ħin għall-ħatt tal-merkanzija se jibda jkun sad-9.30 am. Il-Ministru Austin Gatt żied li “irridu li meta n-nies imorru l-Belt biex jixtru jew għal skop ta’ divertiment ikun hemm l-anqas traffiku possibbli.” |
| Għaldaqstant, bi ftehim | mal-GRTU, ġew miftiehma ħinijiet ġodda għall-aċċess tal-vetturi biex tinħatt il-merkanzija kif ġej: |
| Nhar ta’ | Tnejn: Minn-nofsillejl sad-9.30 am |
| Mis-2.30 | pm sal-4.30 pm |
Mis-7.30 pm sat-8.30 pm
| Min-nhar ta-Tlieta | sal-Ġimgħa: Minn-nofsillejl sad-9.30 am |
| Mis-7.30 | pm sat-8.30 pm |
| Nhar ta’ | Sibt: Minn-nofsillejl sad-9.30 pm |
| Mis-2.30 | pm sal-4.30 pm |
| Wara konsultazzjoni mal-GRTU | u l-Kunsill Lokali, qed tiddaħħal miżura tranżitorja sakemm min iwassal il-merċa jibdel l-operat tiegħu. Din hi li sal-31 ta’ Diċembru, 2008 se jitħallew jidħlu biex iwasslu l-merkanzija wkoll nhar ta’ Ħamis mis-2.30 pm sal-4.30 pm. |
| Il-Ministru Austin Gatt qal | li bi ftehim mal-GRTU u l-Kunsill Lokali tal-Belt qegħdin inżidu l-ħinijiet għall-ħatt tal-merkanzija sad-9.30 am, il-jum tat-Tnejn baqa’ għall-aċċess tal-ħatt tal-merkanzija wara nosfinhar u żdiedu erba’ postijiet strateġiċi għall-ħatt tal-merkanzija barra ż-żona fi Triq San Pawl u fi Triq l-Ifran. |
| Il-Ministru Austin Gatt żied | li l-Gvern lest li jkompli jiddiskuti mal-partijiet konċernati kollha wara li jidħol fis-seħħ dan l-eżerċizzju bl-iskop li l-belt kapitali tkun aktar aċċessibbli u attraenti għar-residenti, għal min jaħdem fiha kif ukoll għal min jidħol biex jixtri u min iżurha bħal turisti, inkluż dawk li jiġu bil-cruise liners. |
| Hu qal | ukoll li jħares ‘il quddiem meta t-tqassim jew il-ħatt tal-merkanzija lil tal-ħwienet fil-Belt jibda jsir b’vetturi li jaħdmu bl-elettriku, bl-iskop li ma ssirx ħsara lill-pavimentar tal-Belt fejn il-Gvern se jkompli jinvesti aktar. |
| Il-Ministru Austin Gatt qal li bl-appoġġ u | bil-kollaborazzjoni tal-GRTU u tal-Kunsill Lokali tal-Belt, din it-tieni fażi fejn qed ikunu estiżi ż-żoni pedonali fil-kapitali qed tidħol fis-seħħ wara li fl-2006 il-Gvern kien ħa inizjattivi bħala parti mir-rijabilitazzjoni tal-Belt Valletta. |
| Dawn | kienu jinkludu l-pavimentar ta’ Triq Merkanti li saret żona pedonali, rilokazzjoni u tiċkin tal-Monti, is-sistema tas-CVA u tal-Park&Ride u tibdil fil-parkeġġ. Dawn kollha kienu kumplimentanti b’inizjattivi ġodda fosthom estensjonijiet tal-ħinijiet tal-mużewijiet għal wara nofsinhar kif ukoll organizzazzjoni ta’ diversi attivitajiet kulturali u mużikali li jirrispettaw il-karattru tal-belt kapitali. |
| Il-Ministru Austin Gatt qal li b’hekk | l-ewwel fażi indirizzat kemm il-bżonnijiet tar-residenti, tal-konsumaturi, tal-viżitaturi kif ukoll tal-komunita’ kummerċjali. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261976en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...
PR261976