Left arrow Mur Lura

IL-CORE GROUP TAL-MEUSAC JILTAQA’ GĦALL-EWWEL DARBA

pr1212
Date Icon 29/08/2008
Illum, f’Dar il-Mediterrangħall-Konferenzi, iltaqa’ għall-ewwel darba l-Core Group tal-Malta-EU Steering and Action Committee (MEUSAC) taħt il-presidenza tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Pubbliku u Informazzjoni, Dott. Chris Said. Il-MEUSAC, li qabel is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, serva bħala strument ta’ konsultazzjoni bejn il-Gvern, il-partiti politiċi, l-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili, se jkun qiegħed jikkoordina l-proċess ta’ konsultazzjoni u d-dibattitu kollu dwar l-UE.
Dan il-proċess se jħaddanfih Core Group magħmul minn rappreżentanti tal-Gvern, il-partiti politiċi, il-korpi kostitwiti, inkluż dawk Għawdxin, rappreżentanti ta’ għaqdiet mhux governattivi, kif ukoll esperti.
Fid-diskors tal-ftuħ,is-Segretarju Parlamentari Dott. Chris Said saħaq dwar l-importanza li l-Gvern qiegħed jagħti lill-proċess ta’ konsultazzjoni.  Huwa qal li fl-ewwel erba’ xhur ta’ din il-leġiżlatura l-Gvern attwa programm wiesa’ ta’ konsultazzjoni dwar diversi temi.  Permezz tas-Segretarjat tiegħu qed jaħdem biex jiġu msaħħa l-fora nazzjonali fejn issir il-konsultazzjoni dwar temi importanti. B’hekk ġie msaħħaħ il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) u reġa’ twaqqaf il-MEUSAC.  Huwa qal li l-MCESD u l-MEUSAC se jkunu qeghdin jimxu fuq binarji differenti, fejn l-MCESD se jkun qed jiffoka fuq l-aspetti soċjali u ekonomiċi ta’ pajjiżna, waqt li l-MEUSAC se jkun qed jiffoka fuq il-politika tal-Unjoni Ewropea u l-impatt li din għandha fuq diversi setturi tal-ekonomija Maltija. Biex ikun hemm koordinazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet, iċ-Chairman tal-MCESD huwa wieħed mill-membri tal-Core Group tal-MEUSAC.
Dott. Said kompla jgħid liqabel is-sħubija fl-UE, il-ħidma tal-MEUSAC kienet waħda ta’ suċċess.  Huwa tenna li l-MEUSAC irid jikkonsolida din l-esperjenza.  Issa li pajjiżna huwa membru tal-Unjoni Ewropea, l-istrateġija tal-Gvern ġiet adattata għaliex il-politika tal-UE,  kif ukoll il-liġijiet tagħha, saru parti mill-politika u mil-liġijiet tagħna.
Il-MEUSAC se jara lil-proċess ta’ konsultazzjoni dwar proposti tal-Kummissjoni Ewropea u l-politika tal-UE, jiġi attwat bl-aktar mod wiesa’ u kontinwu possibbli u mas-setturi kollha konċernati.  Dawn se jkunu rappreżentati b’mod ekwu permezz ta’ kumitati li l-membri tagħhom għandhom ikunu maħtura fil-ġimgħat li ġejjin.  Flimkien mal-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji, se jiġu mfassla kriterji u proċeduri għal dan il-għan.
Tqajmu diversi punti waqtil-laqgħa, fosthom li l-Core Group jieħu inizjattivi b’rabta mal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-UE. Xi membri preżenti esprimew il-ħsieb li n-numru ta’ kumitati settorjali jiżdied biex minbarra li jirriflettu l-mod kif topera l-UE, jirriflettu setturi li għandhom importanza partikolari għall-ekonomija ta’ pajjiżna.  Issemma wkoll il-bżonn ta’ iktar disseminazzjoni ta’ informazzjoni kif ukoll għal ħidma aħjar bejn il-MEUSAC u l-Ministeri responsabbli mid-diversi oqsma.  Fil-fatt, dawn se jkunu rappreżentati wkoll fil-kumitati.
L-Onor Said tenna l-bżonnta’ aktar sinerġija kemm fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika kif ukoll bejn il-korpi kostitwiti u s-soċjetà ċivili. Semma wkoll l-ħtieġa ta’ djalogu veru fejn il-membri jkunu kapaċi jisimgħu lil xulxin u jagħtu valur lil dak li jkun qed jingħad minn ħaddieħor.
Dott. Vanni Xuereb, Kaptal-MEUSAC fisser ukoll is–soddisfazzjon tiegħu li jara rappreżentanza wiesgha miġbura madwar mejda waħda għax dan ifisser li lkoll qed niġbdu ħabel wieħed fejn tidħol l-UE. Huwa tenna li “tiġbed ħabel wieħed ma jfissirx li taqbel fuq kollox u ma kollox, iżda jfisser li lkoll kemm aħna konvinti li għandna nagħtu l-aħjar sehem tagħna fl-interess tal-pajjiż.” Fakkar fil-kliem ta’ Robert Schuman li l-Ewropa “trid tinbena permezz ta’ kisbiet konkreti li l-ewwelnett iridu joħolqu solidarjetà de facto.”
L-ewwel żewġ prijoritajiettal-Core Group huma dawk li jiġi determinat il-metodu ta’ kif se ssir il-konsultazzjoni u li jinbeda minnufih il-proċess biex jitwaqqfu l-kumitati.  Dwar il-mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni, saret diskussjoni fit-tul u kien hemm fil-prinċipju li materji b’implikazzjonijiet nazzjonali jiġu diskussi mal-ewwel mill-Core Group filwaqt li materji b’implikazzjonijiet settorjali jiġu diskussi mill-kumitati settorjali wara li tkun saret ukoll konsultazzjoni mill-Ministeri konċernati. Tinħass il-ħtieġa li l-MEUSAC ikun qed jassigura li kull fejn trid issir konsultazzjoni, din tkun qed issir tassew. Kien diskuss ukoll il-bżonn ta’ ħidma flimkien mal-Parlament nazzjonali, mal-membri Maltin fil-Parlament Ewropew, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u fil-Kumitat tar-Reġjuni tal-UE.
Ġie diskuss, fosthoml-elezzjoni ta’ rappreżentanti tal-għaqdiet mhux governattivi fuq il-Core Group, programm ta’ laqgħat, il-komunikazzjoni ta’ dak li jkun qed iseħħ fil-proċess ta’ konsultazzjoni mal-pubbliku u l-involviment ta’ esperti. Il-Core Group se jkun qed jiltaqa’ minn tal-inqas darba fix-xahar.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

Aktar Stqarrijiet Right arrow