L-OPPOŻIZZJONI MĦEĠĠA BIEX MA TAGĦMILX MIT-TURIŻMU BALLUN POLITIKU
Is-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Onor Mario de Marco appella lill-Oppożizzjoni Laburista sabiex ma tilgħabx mal-futur tal-industrija tat-turiżmu għal skopijiet politiċi.
Il-futur tat-turiżmu jiddependi minn ħafna affarijiet inkluż minn kemm aħna kapaċi naħdmu flimkien. Dr de Marco qal li bil-fatti offra l-id ta’ ħbiberija u konsultazzjoni lill-Oppożizzjoni Laburista. L-Oppożizzjoni Laburista iżda s’issa donnha trid tattakka l-ħidma kollettiva li qed titwettaq u li qed tissarraf f’riżultati pożittivi.
Dr de Marco irrefera għall-fatt li l-Oppożizzjoni Laburista qatt ma bagħtet l-pożizzjoni tagħha fuq il-Politika u l-Pjan Nazzjonali għat-Turiżmu minkejja li ġiet mistiedna li tagħmel dan. Anzi jidher mill-istqarrijiet maħruġa, li l-Oppożizzjoni lanqas taf li jeżisti dan il-Pjan.
Minkejja dan, is-Segretarju Parlamentari reġa’ saħaq li hu se jibqa’ dispost li jaħdem ma’ kulħadd inkluż mal-Oppożizzjoni Laburista sabiex jitħarsu u jissaħħu l-impjiegi ta’ kull min jaħdem f’dan is-settur.
Stqarrijiet Oħra:
PR261976en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...
PR261976