Left arrow Go Back

L-OPPOŻIZZJONI MĦEĠĠA BIEX MA TAGĦMILX MIT-TURIŻMU BALLUN POLITIKU

pr1211
Date Icon 29/08/2008

Is-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Onor  Mario de Marco appella lill-Oppożizzjoni Laburista sabiex ma tilgħabx mal-futur tal-industrija tat-turiżmu għal skopijiet politiċi.

Il-futur tat-turiżmu jiddependi minn ħafna affarijiet inkluż minn kemm aħna kapaċi naħdmu flimkien.  Dr de Marco qal li bil-fatti offra l-id ta’ ħbiberija u konsultazzjoni lill-Oppożizzjoni Laburista.  L-Oppożizzjoni Laburista iżda s’issa donnha trid tattakka l-ħidma kollettiva li qed titwettaq u li qed tissarraf f’riżultati pożittivi.

Dr de Marco irrefera għall-fatt li l-Oppożizzjoni Laburista qatt ma bagħtet l-pożizzjoni tagħha fuq il-Politika u l-Pjan Nazzjonali għat-Turiżmu minkejja li ġiet mistiedna li tagħmel dan.  Anzi jidher mill-istqarrijiet maħruġa, li l-Oppożizzjoni lanqas taf li jeżisti dan il-Pjan.

Minkejja dan, is-Segretarju Parlamentari reġa’ saħaq li hu se jibqa’ dispost li jaħdem ma’ kulħadd inkluż mal-Oppożizzjoni Laburista sabiex jitħarsu u jissaħħu l-impjiegi ta’ kull min jaħdem f’dan is-settur.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

More Press Releases Right arrow