Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT CLYDE PULI JIPPREŻENTA L-KUMITAT IL-ĠDID TAL-PARALYMPICS MALTA

pr1209
Date Icon 29/08/2008

Il-Gvern jinsab kommess li jrid l-inklussività fl-isport billi jgħin persuni b’diżabilita jipparteċipaw aktar. Għaldaqstant bl-istess mod li jappoġġja l-parteċipazzjoni ta’ l-atleti Maltin fl-Olimpjadi, il-Gvern jappoġġa wkoll lill-atleta Malti Antonio Flores, li se jieħu sehem fil-Logħob Paralimpiku li se jsir f’Beijing fiċ-Ċina bejn is-6 u 17 ta’ Settembru. Il-parteċipazzjoni f’dan il-logħob żgur li ma setgħatx tkun possibli li kieku l-Gvern ma ħax l-inizjattiva li jgħin finanzjarment lil dan l-atleta żagħżugħ.

Dettalji dwar din il-parteċipazzjoni ngħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet li għaliha attenda wkoll is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport l-Onor. Clyde Puli u li matulha ġie ppreżentat il-kumitat il-ġdid tal-Malta Paralympics.

Is-Segretarju Parlamentari ħabbar li mis-sena d-dieħla l-Kunsill Malti għall-Isport se jniedi skemi ġodda li joffru assistenza finanzjarja lill-assoċjazzjonijiet sportivi li jinvolvu ruħhom fi sport għall-persuni b’diżabilità.

Dwar il-parteċipazzjoni ta’ Flores f’dan il-logħob, is-Segretarju Parlamentari sostna li din ma kenitx tkun possibbli mingħajr l-inizjattiva u l-ħidma kontinwa tal-kumitat il-ġdid tat-tmexxija.  Is-Segretarju Parlamentari tenna l-awgurju tiegħu lill-uffiċjali l-ġodda li huma l-President Bro Martin Borġ fsc, is-Segretarju Ġenerali Pippa Roberts, il-kaxxier Alfred Chetcuti u l-membri Ray Baldacchino u Stephen Fenech. L-Onor Clyde Puli qal li hu jinsab konvint li dan il-kumitat għandu missjoni importanti x’jaqdi u għaldaqstant jemmen li se jieħu xogħolu bis-serjeta’ filwaqt li jinsab konvint li bl-impenn tiegħu dan il-kumitat se jkompli jagħmel aktar progress.

Antonio Flores huwa mħarreġ minn Jivko Jetchev u fiċ-Ċina mistenni jieħu sehem fil-100m. Hu se jkun l-uniku atleta Malti waqt dan il-logħob fejn se jkollu x-xorti wkoll li jġorr it-torċa olimpika.

L-Onor Puli temm id-diskors tiegħu billi awgura kull suċċess lil Antonio Flores fejn iddeskrivieh bħala xempju ta’ kuraġġ, impenn, ħeġġa u serjetà.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

Aktar Stqarrijiet Right arrow