L-ONOR. CLYDE PULI JATTENDI GĦALL-PREŻENTAZZJONI ANNWALI TAL-MALTA EMPLOYEES SPORT ASSOCIATION
“L-entitajiet Governattivi u dawk privati li jappoġġjaw lill-ħaddiema tagħhom biex jipparteċipaw fl-isport ħaqqhom kull tifħir. Huwa f'dan il-kuntest ukoll li l-Malta Employees Sports Association (MESA) hija pont importanti bejn dawn l-entitajiet u l-ħaddiema li jipprattikaw l-isport. Dawn il-kampjonati jkomplu jsaħħu l-ħidma tal-Gvern sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni fl-isport." Dan sostnieh is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, Clyde Puli waqt il-preżentazzjoni lir-rebbieħa tal-kompetizzjonijiet u kampjonati organizzati mill-MESA fl-istaġun li għadda.
Clyde Puli fakkar li din l-għaqda ilha mwaqqfa sa mis-snin sittin bl-għan li torganizza kompetizzjonijiet sportivi bejn il-ħaddiema minn entitajiet differenti.
Is-Segretarju Parlamentari spjega kif riċentement inħatar kumitat ġdid minn persuni li għandom esperjenza vasta fl-organizzazzjoni ta’ attivitajiet sportivi. Hu qal li jinsab konvint li l-kumitat attwali se jkompli jaħdem fuq dak li għamlu l-kumitati ta' qabel u żgur li se jkomplu jieħdu inizjattivi fl-interess tal-ħaddiema membri, tant li fl-istaġun li ġej ser isiru kompetizzjonijiet f’dixxiplini sportivi ġodda.
Minbarra li l-MESA qed taħdem biex iżżid id-dixxiplini sportivi għaddejja b’ħidma biex tintegra persuni bi bżonnijiet speċjali permezz tal-parteċipazzjoni fl-isport fil-kampjonati organizzata minnha. Għal dan il-għan u għall-ewwel darba fl-istorja tal-MESA, din is-sena inħatar uffiċjal responsabbli għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet sportivi għal impjegati b’diżabilita.
Filwaqt li feraħ lir-rebbieħa kollha u awgura lill-kumitat tal-MESA aktar suċċessi fl-inizjattivi sportivi li se jsiru fil-ġimgħat li ġejjin, Clyde Puli ppreżenta cheque bħala parti mill-assistenza li l-Gvern jagħti lil organizzazzjonijiet sportivi biex ikunu jistgħu jorganizzaw attivitajiet sportivi indirizzati lejn il-membri kollha tas-soċjetà.
Other Press Releases:
PR261976en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...
PR261976