Left arrow Go Back

RAPPORT DWAR IL-ĦRUĠ TA’ EMISSJONIJIET MILL-KAROZZI TAL-LINJA

pr1200
Date Icon 28/08/2008
Il-Ministeru għall-Infrastruttura, Transportu Komunikazzjoni jinnota li l-Awtorità Maltija dwar l-Istandards ikkonfermat li, b’xi tibdil żgħir, it-testijiet li tagħmel l-Awtorità dwar it-Trasport dwar il-ħruġ ta’ emissjonijiet mill-karozzi tal-linja huma korretti. Issa kif kien miftiehem bejn l-Awtorità u l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku, il-pariri ta’ l-Awtorità dwar l-Istandards ser jiġu implimentati biex tkun infurzata l-konformità mar-regoli dwar id-dħaħen tal-karozzi tal-linja.
Kopja ta’ dan ir-rapportintbagħtet kemm lill-Awtorità dwar it-Trasport kif ukoll lill-Assoċjazzjoni dwar it-Trasport Pubbliku.
Dan ir-rapport tħejja bi qbil wara laqgħa likienet saret fid-19 ta’ Mejju, 2008 bejn il-Ministru Austin Gatt responsabbli mit-trasport u Victor Spiteri, il-President ta’ l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku.
Ir-rapport imħejjimill-Awtorità Maltija dwar l-Istandards jikkonferma li t-testijiet għall-ħruġ ta’ emissjonijiet mill-karozzi tal-linja, li jsiru mill-Awtorità dwar it-Trasport, huma korretti u jużaw metodoloġija tajba biex jassiguraw li l-karozzi tal-linja kollha jkunu f’kundizzjoni tajba għas-sewqan, joffru sigurtà lis-sewwieqa u lill-passiġġieri li jużaw it-trasport pubbliku u li jilħqu l-kriterji nazzjonali u Ewropej marbuta mal-ħruġ ta’ l-emissjonijiet.
Fir-rapport tagħha, l-AwtoritàMaltija dwar l-Istandards innutat li l-Awtorità dwar it-Trasport iżda kienet qed tkun ġeneruża wisq fit-testijiet tagħha meta kienet qed tapplika t-test anqas riġidu li tippermetti l-liġi Ewropea fuq magni li nbnew qabel l-1979, billi tuża dan it-test fuq magni aktar ġodda wżati f’karozzi aktar qodma.
Għaldaqstant karozzi tal-linja b’magnamanifatturata wara l-1979 (irrispettivament minn kemm hi antika l-karozza li fiha qed tintuża l-magna) minn issa se jibda jsirilhom it-test aktar riġidu li japplika għall-magni l-ġodda.
L-Awtorità dwar l-Istandardsirrakkomandat ukoll li kull karozza tal-linja jkollha rev counter jaħdem biex tissolva l-problema li jkun hemm bżonn xi ħadd li m’hux is-sewwieq jikkontrolla l-vettura waqt li jkun qed isirilha t-test.
L-Awtorità dwar it-Trasport trid tintroduċiwkoll tip ta’ siġill biex ma jkunx hemm tbagħbis fil-magna qabel jew wara t-testijiet.
Dan ir-rapport fost l-oħrajnjirrakkomanda wkoll li:
(1)L-Awtorità dwar it-Trasport u l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku  jniedu sessjonijiet ta’ informazzjoni biex jiżdied l-għarfien fost is-sewwieqa dwar l-effetti ħżiena ta’ l-emissjonijiet;
(2)il-manutenzjoni tal-karozzi tal-linja li ssir kull sena għandha ssir minn terzi persuni kwalifikati;
(3)Stazzjonijiet tal-VRT għandhom ikunu koperti b’xi forma ta’ akkreditazzjoni fl-ispezzjoni kif jiġri fi stati membri oħra ta l-UE.
Il-Ministerujirringrazzja lill-Awtorità Maltija dwar l-Istandards għall-istudju tagħha li qed jiġi ppubblikat ma’ din l-istqarrijja.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

More Press Releases Right arrow