Left arrow Go Back

IL-PRIM IMĦALLEF JATTENDI L-ĦAMES LAQGĦA TAL-KONFERENZA TAL-PRIMI MĦALLFIN TA’ PAJJIŻI ŻGĦAR TAL-COMMONWEALTH F’GUERNSEY

pr1199
Date Icon 28/08/2008

Is-Sinjurija Tiegħu l-Prim Imħallef Vincent De Gaetano ħalla Malta għal St Peter Port, Guernsey, fejn ser jattendi l-ħames laqgħa tal-Konferenza tal-Primi Mħallfin ta’ Pajjiżi Żgħar tal-Commonwealth.

Permezz ta’ din il-Konferenza jiltaqgħu darba f’sena l-Primi Mħallfin ta’ Jersey, Guernsey, il-Gżira ta’ Man, Ġibilta`, il-Gżejjer Turks u Caicos, Barbados, Bermuda, il-Gżejjer Cayman u Malta biex jiddiskutu materji ta’ interess komuni għal ġurisdizzjonijiet żgħar fi ħdan il-Commonwealth.  

Din is-sena l-Konferenza ser tiġi indirizzata wkoll minn Philip Golding, il-Kap tal-Judicial Communications Office f’Londra.  

Fost suġġetti li ser jiġu diskussi hemm ir-relazzjonijiet bejn il-Ġudikatura u l-Ministeri tal-Ġustizzja.  

Sakemm idum imsiefer il-Prim Imħallef, l-Onorevoli Imħallef Joseph Filletti ser ikun Aġent Prim Imħallef.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

More Press Releases Right arrow