STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI: ATT VANDALU FUQ STATWA TA’ SAN DUMINKU FIL-BIRGU
pr1197
27/08/2008
| Il-Ministeru għar-Rizorsi | u l-Affarijiet Rurali jikkundanna l-att vandalu li sar fuq statwa ta’ San Duminku li tinsab fil-Birgu. Hija ħasra li għad hawn min jasal iwettaq att vandalu bħal dan li jagħmel ħsara fuq il-patrimonju Malti. |
| Intant dalgħodu stess | saret spezzjoni fuq l-istatwa minn nies tekniċi mit-Taqsima tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali fejn ġie deċiż li fil-ġranet li ġejjin ser jibda x-xogħol ta’ tindif, billi titneħħa ż-żebgħa minn fuq l-istatwa bl-inqas ħsara possibbli. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261976en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...
PR261976