L-Uzu tal-health card EHIC
Wieħed mill-pilastri prinċipali li fuqhom twaqqfet l-UE hu l-liberta` tal-moviment taċ-ċittadini. Biex tiffaċilita` dan, il-Kummissjoni Ewropea fil-bidu tas-snin sebgħin, ħolqot regolamenti li bihom rabtet lil pajjizi membri biex jikkordinaw bejniethom l-iskemi tas-sigurta` soċjali tagħhom. B’hekk il-kontribuzzjonijiet tas-sigurta` soċjali li jkunu tħallsu f’pajjiz membru jew il-benefiċċji relatati magħhom jistgħu jiġu trasferiti minn stat membru għal ieħor.
Metodu wieħed ta’ kif iċ-ċittadini Ewropej jistgħu iħaddmu dan id-dritt mogħti lilhom minn dawn ir-regolamenti hu l-Karta` ta` Assikurazzjoni tas-Saħħa ta` l-Unjoni Ewropeja (European Health Insurance Card – EHIC). Din il-Karta, li minn Jannar 2006 ħadet post dik li kienet magħrufa bħala E111, tagħti d-dritt lill-individwu biex kull meta jsiefer għal zjara qasira għal vakanza, negozju jew studju u taħriġ, f’pajjiz membri tal-UE jew fin-Norveġja, l-Islanda, il-Liechtenstein jew l-Isvizzera (27 pajjiz) hu jiġi trattat bħal li kieku kopert mis-sigurta’ soċjali tal-pajjiz li jkun qiegħed izur.
Fil-prattika dan ifisser li jekk persuna tiġi bżonn tuża sptar jew klinika tal-gvern minħabba emerġenza medika u tipprezenta l-EHIC, din ma tintalabx tħallas il-prezz sħiħ għal kura li tkun ingħatat imma tiġi kkurata b’xejn jew bi prezz ridott skond kif jinqdew iċ-ċittadini tal-pajjiz.
Mill-2006 ‘l hawn l-Entitlement Unit fi ħdan il-Ministeru, ħarġet iktar minn 150,000 EHIC. Din is-sena (2008) inħarġu iktar minn 28,000 EHIC u bejn il-15 ta` Lulju u l-14 ta` Awissu li għadda inħarġu iktar minn 4600 Card. Dan ifisser li s’issa għandna kwazi 40% tal-popolazzjoni Maltija li għandhom European Health Insurance Card.
L-EHIC, li għandha format komuni fil-pajjzi kollha membri biex tkun tista` tingħaraf faċilment, trid dejjem tiġi pprezentata meta individwu jfittex kura medika b’emerġenza f’xi pajjiz membru tal-UE. Il-Card ma tistax tintuza jekk persuna issiefer bil-għan li tirċievi trattament mediku jew għal opinjoni medika.
Peress li l-EHIC ma tistax tiġi użata fi sptarijiet jew kliniċi privati u minħabba li mhux il-pajjizi kollha joffru kura b’xejn, wieħed għandu xorta jagħmel polza ta` l-assigurazzjoni privata kull meta jsiefer.
Informazzjoni Teknika
Jistgħu japplikaw għall-EHIC dawk il-persuni kollha li huma residenti permanenti fil-gzejjer Maltin u li huma koperti mis-sigurta’ soċjali Maltija. Wieħed għandu japplika għall-EHIC billi:
1. Japplika online minn www.ehealth.gov.mt bl-e-ID
2. Jnizzel applikazzjoni mill-website www.sahha.gov.mt, jimliha u jibgħata lil Entitlement Unit 23, St. John Str. Valletta VLT 1168.
3. Jiġbor applikazzjoni mill-Kunsilli Lokali jew mill-Entitlement Unit jimliha u jibgħata lil Entitlement Unit.
Hu importanti li wieħed ma jħallix għall-aħħar. L-applikazzjonijiet għandhom jaslu l-Entitlement Unit mill-anqas 15 il-ġurnata ta` xogħol qabel id-data ta` tluq, biex dawn ikunu ipproċessati u l-card tintbagħat għand il-klijent bil-posta.
F’kazijiet eċċezzjonali fejn il-pazjenti ikunu mitlubin iħallsu minn sptar jew klinika pubblika, dawn għandhom izommu l-kontijiet u riċevuti oriġinali kollha kif ukoll xi preskrizzjonijiet jew dokumenti oħra, biex ikunu jistgħu japplikaw ħalli jiġu kkunsidrati għal refund.
S’issa l-gvern Malti irċieva b’kemm jiswew €400,000, f’talbiet għall-hlas ta` kura tas-saħħa li ċittadini Maltin ħadu waqt il-btajjel tagħhom f’pajjizi membri tal-UE bejn l-2004 u l-2008. Dawn iċ-ċifri mhumiex konklussivi għaliex it-talbiet għall-ħlas għall-kura li ttieħdet fis-snin li għaddew għadhom deħlin.
Ix-xogħol ma jieqfax mal-ħruġ tal-Card. Il-kura kollha li tingħata barra b’xejn jew bi prezz ridott lill-individwu permezz tal-EHIC, trid titiħallas bil-prezz komplut mill-pajjiz li jkun ħareġ l-EHIC.
Il-gvern Malti jirċievi l-kontijiet relatati mal-kura li ċittadini Maltin ikunu ingħataw f’pajjizi Ewropej u jipproċessahom biex dawn ikunu jistgħu jiġu mħallsa. Fl-istess ħin dan l-uffiċċju jibgħat il-kontijiet lill-pajjjizi rispettivi tal-pazjenti kollha barranin li jkunu ġew ikkurati fl-isptarijiet u l-kliniċi tal-Gvern għaliex kellhom l-EHIC minn pajjizihom. Il-Ministeru jibqa` jsegwi dawn il-kontijiet sakemm il-Gvern Malti jiġbor dawn il-ħlasijiet.
Iktar informazzjoni tista’ tinkiseb mill-website: www.saħħa.gov.mt.
Stqarrijiet Oħra:
PR261976en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...
PR261976