Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI. B’risposta għall-istqarrija ta’ l-Onor. Brincat

pr1192
Date Icon 25/08/2008
Il-Gvern qiegħed jieħudiversi inizjattivi biex isir aktar użu mill-enerġija alternattiva.  Dan qiegħed isir biex titnaqqas id-dipendenza minn fuq iż-żejt u biex titjieb il-kwalita’ tal-arja f’pajjiżna bl-użu ta’ l-enerġija nadifa.  Arja aktar nadifa jkollha impatt pożittiv fuq is-saħħa tal-poplu tagħna.
Illum f’diversi binipubbliku bħalma huma skejjel u ministeri ġew installati Panelli Fotovoltaici u solar water heaters biex isir użu mill-enerġija li ġejja mix-xemx u b’hekk jigi ġġenerat l-elettriku u jissaħħan l-ilma.  Anki fid-disinnji li saru ta’ l-iskejjel ġodda ingħatat attenzjoni biex isir l-akbar użu tad-dawl tax-xemx.  Fi sptarijiet pubbliċi ġew installati Power Factor Corrector biex tiżdied l-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija u b’hekk titnaqqas il-ħela.
Fil-faċilita’ għar-rimi ta’skart goff ġew stallati wkoll rdieden tar-riħ biex jiġi ġġenerat l-elettriku mir-riħ u għalhekk il-faċilita’ tagħmel użu mill-enerġija ġġenerata b’dan il-mod.    F’bini pubbliku sar ukoll bdil ta’ bożoż biex bdew jintużaw energy saving bulbs.
Il-Gvern nieda skema tasussidju għal kull min jinstalla sistema ta’ solar water heating fid-djar. Parti minn din l-iskema tinkludi miżura fejn kull min jinstalla dan l-apparat jiġi esentat milli jħallas l-ispejjeż marbuta mal-installanzjoni tal-meter tad-dawl.
L-impenn tal-Gvern sabiexjincentiva dawn it-teknologiji joħroġ ukoll mill-fatt li ser iniedi wkoll skemi finanzjarji, b’valur ta’ €33 miljun, sabiex jippromwovi teknoloġiji li jiġġeneraw l-enerġija nadifa anki fuq skala domestika u kummerċjali.  Il-pjan hu illi jitnaqqas b’mod drastiku l-irkupru tal-investiment li jsir f’dawn it teknoloġiji. Bl’arranġament kif inhu llum dawn it-teknologiji jiġu mifdija wara madwar sbatax-il sena, iżda bil-pjanijiet il-ġodda dan il-perjodu hu maħsub li se jitnaqqas saħansitra għal ħames snin.
Anki mill-iskartse jibda jiġi ġġenerat l-elettriku, għaliex permezz ta’ l-immaniġġjar ta’ l-iskart il-Gvern jara sors ta’ enerġija nadifa.  L-Impjanat ta’ Sant’Antnin hu ddisinjat sabiex jiġġenera biżżejjed enerġija daqs kemm jużaw 1,400 dar f’sena. Il-Ministeru jfakkar lill-Onor Leo Brincat li r-reazjonijiet tal-Partit Laburista fir-regward ta’ dan il-proġett dejjem kienu negattivi, tant li kien sar sforz biex Malta titlef il-fondi li kienet qed tieħu mill-Unjoni Ewropea għal dan il-proġett.  Anki mill-Magħtab, li beda l-proċess ta’ rijabilitazzjoni se jibda jiġi ġġenerat l-elettriku.
Ma dawn l-imsemmijamiżuri il-Gvern ukoll ħabbar li se tinbidel is-sistema tar-reġistrazzjoni tal-karozzi, dan  sabiex jinċentiva l-użu ta’ karozzi iżgħar, aktar ġodda u li jagħmlu anqas ħsara lill-ambjent.  Eżempju ta’ dan l-impenn tal-Gvern huwa l-użu ta’ electric cars fil-Belt Valletta.
Il-Gvern huwakommess li jkompli jnaqqas l-emissjonijiet, iżid il-produzzjoni ta’ enerġija nadifa u jgħin sabiex tiġi kkonservata l-enerġija. Kif intqal f’diversi drabi oħra, anki fil-proġetti ffinanzjati mit-850 Miljun Ewro, mill-Unjoni Ewropea, qed jittieħdu miżuri sabiex dawn il-proġetti jkollom aktar kredenzjali ambjenatli, sahansitra bl-użu ta’ teknoloġiji msemmija.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

More Press Releases Right arrow