Ftuħ uffiċjali ta’ The Bern Hersey’s Health, Beauty & Fitness Centre F’Għajnsielem
pr1191
25/08/2008
| Il-bieraħ infetaħ | uffiċjalment The Bern Hersey’s Health, Beauty & Fitness Centre - ċentru ta’ saħħa u sbuħija ġdid f’Għajnsielem, li joffri servizzi ta’ gym li hu attrezzat b’makkinarju ta’ kwalità għolja, kif ukoll diversi servizzi ta’ sbuħija. |
| Dan iċ-Ċentru ta’ Saħħa u | Sbuħija li huwa allokat fil-bini tal-każin tal-futbol, fil-Pjazza Madonna ta’ Loretu f’Għajnsielem, hu msemmi għall-mibki Patri Bernard Hersey, li lura fl-1936 waqqaf il-klabb tal-futbol f’din il-lokalità u kien ukoll il-group leader ta’ l-Iscouts f’Għawdex. |
| L-Onor. Giovanna Debono, | Ministru għal Għawdex, inawgurat dan iċ-ċentru ta’ saħħa u sbuħija waqt attività li saret apposta. Il-Ministru faħħret din l-inizjattiva u qalet li ċentri bħal dawn għandhom funzjoni importanti fil-ħajja ta’ llum. F’Għawdex is-soċjetà hija wkoll konxja mill-importanza li wieħed jieħu ħsieb saħħtu u jgħix stil ta’ ħajja b’saħħitha. |
| The Bern Hersey’s Health | Beauty & Fitness Centre għandu faċilitajiet ta’ arja kundizzjonata, użu b’xejn ta’ showers, kif ukoll lounge area. Wieħed jista’ jiffrekwenta dan il-gym wara li japplika għal membership card għal xahar, tliet xhur, sitt xhur jew sena, fejn it-taħriġ isir minn żewġ trainers kif ukoll minn instructor kwalifikata li hija wkoll nutrizzjonista. |
| Dan iċ-ċentru ser ikun | miftuħ mid-9am sal-11pm bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa, kif ukoll is-Sibt bejn id-9am u s-7pm. Is-sessjonijiet ser ikunu jinkludu wkoll attivitajiet fuq barra, fosthom ġirjiet fil-kampanja bir-roti. |
| The Bern Hersey’s | Health, Beauty & Fitness Centre huwa assoċjat mal-Health and Fitness Centre ta’ Ta’ Qali. |
Other Press Releases:
PR261976en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...
PR261976