Titlesta l-inkjesta indipendenti mill-Imħallef Manchè dwar il-mewt ta’ Nicholas Azzopardi
| L-Imħallef Albert Manchè, li | kien inħatar mill-Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern fid-29 t’April 2008 biex imexxi Inkjesta Indipendenti dwar il-mewt ta’ Nicholas Azzopardi, temm l-inkarigu tiegħu u ppreżenta rapport lill-istess Ministru. |
| L-inkjesta kienet twaqqfet | ai termini tal-Artikolu 4 tal-Att dwar l-Inkjesti sabiex: |
· l-ewwel, teżamina l-operat tal-Korp tal-Pulizija għar-rigward ta’ Nicholas Azzopardi, mill-mument tal-arrest sal-mewt tiegħu li ġrat nhar it-22 ta’ April 2008;
· it-tieni, li teżamina jekk kemm-il darba kienx hemm negliġenza jew abbuż tal-poter mogħti bil-liġi lill-imsemmi Korp tal-Pulizija;
· it-tielet, li teżamina kull kwistjoni anċillari għall-ħwejjeġ imsemmija fl-ewwel żewġ paragrafi; u
· r-raba’, li tagħmel dawk ir-rakkomandazzjonijiet li huma xierqa b’riżultat tal-konklużjonijiet.
F’dan ir-rapport ġie konkluż is-segwenti:
· Li l-allegazzjonijiet ta’ Nicholas Azzopardi kienu infondati.
· Dwar l-ewwel inkarigu mogħti lill-Bord tal-Inkjesta, mill-provi mismugħa u mill-indizji, kif ukoll mill-filmati u provi oħra miġbura, il-Bord iddikjara li kien korrett l-operat tal-Korp tal-Pulizija għar-rigward ta’ Nicholas Azzopardi mill-mument tal-arrest tiegħu sad-data tal-mewt tiegħu li ġrat fit-22 ta’ April 2008.
· Dwar it-tieni inkarigu, il-Bord iddikjara li ma rriżultat ebda negliġenza jew abbuż ta’ poter mogħti bil-liġi lill-Korp tal-Pulizija. Il-ħarba ta’ Nicholas Azzopardi lejn iċ-ċint issorprendiet lill-Kuntistabbli Ruben Zammit, li għamel li seta’ biex iżomm lil Nicholas Azzopardi milli jaqbeż. Ma jistax jingħad li kien hemm negliġenza għax id-diportament ta’ Nicholas Azzopardi qabel l-inċident kien perfettament normali, u kif ġa ġie rilevat, Nicholas Azzopardi kemm dam id-depot ġab ruħu sew u f’ebda ħin ma wera li se jagħmel xi att vjolenti fuq ħaddieħor jew fuqu nnifsu.
· Isegwi, li mir-riżultanzi, il-Bord ma kellux x’jirrelata dwar l-inkarigi l-oħra billi ma sab xejn x’jiċċensura fl-operat tal-Korp tal-Pulizija fil-konfront ta’ Nicholas Azzopardi.
Ir-rapport tal-inkjesta qed jigi mehmuż ma’ din l-istqarrija.
Stqarrijiet Oħra:
PR261976en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...
PR261976