Left arrow Go Back

INVESTIGAZZJONI DWAR ĦRUĠ TA’ FUEL F’WIED DALAM

pr1184
Date Icon 21/08/2008
Il-Ministerugħall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, illum fis-1.59 pm kien mgħarraf mill-Inġinier Alex Tranter, iċ-Chairman tal-Korporazzjoni Enemalta li nhar l-14 ta’Awwissu 2008 – 7 ijiem ilu – kien hemm ħruġ ta’ 31 tunnellat ta’ fuel mill-impjant ta’ ħażna li għandha l-Enemalta f’Wied Dalam, limiti ta’ Birżebbuġa. Dan il-fuel hu tat-tip A1 li jintuża għar-refueling ta’ l-ajruplani.
Il-Ministru Austin Gattminnufih ordna lill-Korporazzjoni Enemalta biex tagħmel kuntatt ma’ l-Awtorita’ Maltija dwar ir-Riżorsi, ma’ l-Awtorita’ Maltija dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma biex min-naħa tagħhom dawn jieħdu kull azzjoni li jidhrilhom xierqa.
Fl-istess waqt, il-Ministruordna wkoll li minħabba d-dewmien li kien hemm fir-rappurtaġġ dwar il-ħruġ ta’ dan il-fuel lill-awtoritajiet kompetenti, l-uffiċċjali responsabbli, inkluż il-Manager li kien responsabbli li jagħti rapport immedjat lis-superjuri tiegħu dwar inċident bħal dan, jiġu sospiżi sakemm isiru l-investigazzjonijiet kollha.
Skond l-istħarriġpreliminari, dan il-każ seħħ fl-14 ta’ Awwissu li għadda, biċ-Chairman tal-Korporazzjoni Enemalta jkun mgħarraf dwar dan l-inċident aktar kmieni llum.
Il-Korporazzjoni informatlill-Ministeru li ma jeżisti ebda periklu fis-sit ta’ Wied Dalam jew riskju t’aktar ħruġ ta’ fuel.
Il-Ministru Austin Gatttalab ukoll lill-Korporazzjoni Enemalta biex minn ħin għal ieħor tgħa
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

More Press Releases Right arrow