Malta tirrikonoxxi lil Kosovo bħala Stat Indipendenti
pr1181
21/08/2008
| Il-Gvern Malti llum | irrikonoxxa lil Kosovo bħala stat indipendenti u Malta saret il-21 stat membru ta` l-Unjoni Ewropea li għaraf l-indipendenza ta` dan il-pajjiz li qabel kien jifforma parti mis-Serbja. |
| Ir-rikonoxximent sar | permezz ta` ittra li l-Gvern Malti bagħat lill-President tal-Kosovo Fatmir Sejdiu u lill-Prim Ministru tal-Kosovo Hashim Thaci. |
| Il-Viċi Prim Ministru u | Ministru ta` l-Affarijiet Barranin l-Onor. Tonio Borg stqarr illi dan ir-rikonoxximent jingħaqad ma` dak ta` diversi pajjiżi Ewropej u anki tad-dinja tal-Punent, peress illi m’hemmx alternattiva oħra wara l-ġrajjiet ta` dawn l-aħħar għaxar snin fil-Kosovo u fir-reġjun. |
| Il-kwistjoni tal-Kosovo | kienet ġiet diskussa fil-Kumitat ta` l-Affarijiet Barranin u Ewropej tal-Kamra tad-Deputati fis-seduta ta` nhar it-Tnejn 7 ta` Lulju 2008. |
| Dak in-nhar, il-Viċi Prim | Ministru Borg kien wera l-fehma tiegħu illi Malta għandha tingħaqad mal-grupp kbir ta` pajjiżi li rrikonoxxew il-Kosovo. |
Other Press Releases:
PR261976en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...
PR261976