Inawgurata l-Wirja annwali tal-Biedja u Snajja’ f’villa rundle f’għawdex
pr1171
18/08/2008
| Il-Ħamis | filgħodu ġiet inawgurata l-edizzjoni tas-sena 2008 tal-Wirja tal-Biedja u Snajja’ organizzata mis-Soċjetà Agrikola, Industrijali u Kulturali ta’ Għawdex fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, bl-għajnuna tal-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali. |
| Din is-soċjetà | ilha mwaqqfa sa mill-1855 u ilha torganizza l-Wirja Annwali tal-Biedja u Snajja’ sa mit-twaqqif tagħha. Bħas-snin l-imgħoddija l-wirja saret fil-ġonna pubbliċi magħrufa bħala Villa Rundle fir-Rabat Għawdex u għaliha jattendu bosta Għawdxin kif ukoll Maltin u barranin li bħalissa jinsabu Għawdex għall-btajjel. |
| Il-Ministru għal Għawdex, | l-Onor. Giovanna Debono inawgurat uffiċjalment din il-wirja li tbierket mill-Isqof ta’ Għawdex, Mons. Mario Grech. Preżenti kien hemm ukoll uffiċjali u membri tas-Soċjetà Agrikola, Industrijali u Kulturali ta’ Għawdex flimkien mad-direttur u uffiċjali mid-Dipartiment ta’ Proġetti u Żvilupp tal-Ministeru għal Għawdex. |
| Din il-wirja tesponi | għall-pubbliku dak li għandu x’joffri s-settur agrikolu u artiġjanali Għawdxi permezz tal-prodotti esebiti minnn numru ta’ bdiewa u raħħala Għawdxin. Dawn ivarjaw minn żrieragħ, pjanti, frott u ħxejjex flimkien ma’ prodotti proċessati bħal għasel, ġobon, inbid u ikel ieħor. Din is-sena qed jerġa’ jkun hemm il-preżenza ta’ attrazzjoni speċjali ta’ din il-wirja li hi t-taqsima ta’ l-annimali tal-irziezet. Dan wara li s-sena l-oħra kienu nieqsa mill-wirja minħabba miżuri ta’ prekawzjoni. Snajja’ u prodotti artiġjanali Għawdxin huma wkoll sors ta’ attrazzjoni li jiġi ammirati minn eluf ta’ viżitaturi. |
| Il-Ministru għal Għawdex | fakkret kif l-agrikoltura hija qasam importanti fl-ekonomija Għawdxija u fuq kollox għandha wkoll sinifikat importanti fiż-żamma tal-ambjent rurali tal-gżira. Dan jgħodd b’mod partikolari f’dan iż-żmien meta l-ħidma tal-Ministeru għal Għawdex hija kkonċentrata dwar il-viżjoni ‘eko-Għawdex’, li finalment trid twassal biex Għawdex jinbidel fi gżira ekoloġika. |
| Għal dan il-għan | il-Ministeru għal Għawdex ħaseb biex il-wirja ta’ din is-sena tkun tinkludi stand imwaqqaf apposta biex dawk li jżuru l-wirja jkunu jistgħu jiksbu aktar informazzjoni u jagħtu s-suġġerimenti tagħhom bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika li qed issir f’dan ir-rigward. |
| Aktar tard filgħaxija, | il-Ministru Giovanna Debono qassmet il-premjijiet fil-kategoriji ta’ snajja’ u artiġjanat. |
Other Press Releases:
PR261976en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...
PR261976