It-turiżmu f’Għawdex fil-perspettiva
pr1168
14/08/2008
| Il-politika | tal-Gvern dwar l-iżvilupp ta’ turiżmu sostenibbli fil-prodott turistiku Għawdxi ġew diskussi waqt laqgħa li saret bejn il-Ministru għal Għawdex, l-Onor Giovanna Debono u l-Onor. Mario de Marco, Segretarju Parlamentari dwar it-Turiżmu fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, flimkien mas-Sur Josef Formosa Gauci, Kap Eżekuttiv tal-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu. Din il-laqgħa kienet intenzjonata li tevalwa s-sitwazzjoni mill-perspettiva amministrattiva f’Għawdex meta wieħed iqis li bħal dan iż-żmien, il-gżira tesperjenza influss qawwi ta’ turisti barranin kif ukoll Maltin. |
| Id-diskussjoni | kkonċentrat dwar aspetti bħal m’huma ż-żamma tal-bajjiet, inħawi rurali, siti storiċi, swieq f’niċeċ turistiċi, trasport u l-immaniġġjar tat-traffiku. Il-Ministru għal Għawdex tat ħarsa lejn proġetti relatati mal-qasam turistiku f’Għawdex, li twettqu permezz ta’ ko-finanzjament mill-Programm ta’ Fondi Strutturali għal Malta 2004-2006. |
| Dawn kienu | jinkludu l-bini ta’ Faċilita’ ġdida għall-Istudji Turistiċi, l-istallazjoni ta’ Hyperbaric Unit fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, in-Niche Tourism Project li kien jinkludi Masterplan għal qasam tal-għadds f’Għawdex u Kemmuna, kif ukoll l-għarqa ta’ numru ta’ vapuri biex jinħolqu siti artifiċjali għall-għaddasa, ix-xiri ta’ vetrini apposta għall-mużew tal-arkeoloġija f’Għawdex, li qed jippermettu wirja permanenti ta’ fdalijiet preistoriċi misjuba f’Għawdex, kif ukoll Masterplan għall-konservazzjoni, preservazzjoni u l-amministrazzjoni fiċ-Ċittadella, li kien ko-finanzjat mill-EEA Financial Mechanisms. Dan kollu jagħqad ma’ proġetti infrastrutturali oħra li direttament jew indirettament jolqtu l-iżvilupp ta’ Għawdex bħala destinazzjoni turistika. |
| Is-Segretarju | Parlamentari għat-Turiżmu, l-Onor. Mario de Marco, ġibed l-attenzjoni għal diversi aspetti fejn entitajiet u dipartimenti taħt is-Segretarjat Parlamentari tiegħu, fosthom l-MTA, jistgħu jikkollaboraw mal-Ministeru għal Għawdex biex ikunu jistgħu jiġu massimizzati r-riżorsi għal benefiċċju tal-industrija turistika f’Għawdex. L-Onor. Mario de Marco enfasizza l-importanza taż-żamma tal-indafa u l-manutenzjoni tajba fil-bajjiet u l-passaġġi għall-mixjiet fil-kampanja kif ukoll għal ħtieġa ta’ sistema ta’ trasport effiċjenti, speċjalment meta jiġu ntrodotti s-servizzi għall-waqfien ta’ cruiseliners f’Għawdex. |
| Dawk preżenti | għal-laqgħa attendew ghal preżentazzjoni fuq aspetti differenti relatati mat-turiżmu, li huma integrati wkoll fil-kunċett ta’ Għawdex bħala gżira ekoloġika. Setturi primarji jinkludu l-ambjent, l-agrikultura, it-trasport, l-iżvilupp urban, xogħol u investiment, il-wirt storiku u l-użu tal-art. Hu mistenni li l-konsultazzjoni f’dan ir-rigward tinfirex ma’ entitajiet pubbliċi u mhux governattivi flimkien ma’ korpi kostitwiti oħra, biex l-istrateġija li ser tiġi adottata, tkun tkopri l-perspettiva tal-aktar firxa wiesa’ possibbli ta’ partijiet interessati. |
Other Press Releases:
PR261976en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...
PR261976