Left arrow Mur Lura

Kunċert memorabbli mill-‘Banda Musicale della Polizia Di Stato’

pr1073
Date Icon 13/07/2007

“Il-kunċert memorabbli li l-Banda Musicale della Polizia Di Stato tat fiċ-Ċentru tal-Konferenzi tal-Mediterran hu awgurju mill-aqwa li l-Ftehim Kulturali l-ġdid bejn l-Italja u Malta, li ma jdumx ma jkun iffirmat, ser ikun suċċess daqs dak li llum qed niċċelebraw l-40 sena mill-firma tiegħu.”

Dan stqarru l-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech b’reazzjoni għall-kunċert li l-Banda Musicale Della Polizia Di Stato, taħt id-direzzjoni ta’ Maestro Maurizio Billi, eżegwit nhar il-Erbgħa 11 ta’ Lulju biex tfakkar l-40 Anniversarju mill-iffirmar tal-Ftehim Kulturali bejn Malta u l-Italja. Il-ftehim kien ġie iffirmat mill-Professur Amintore Fanfani, Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Taljan u li serva wkoll bħala Prim Ministru f’diversi kabinetti tal-Gvern Taljan, u minn Dr. Giorgio Borg Olivier, Prim Ministru ta’ Malta u Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin u tal-Commonwealth fl-1967.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-kunċert mill-Banda Musicale Della Polizia Di Stato u s-sehem tagħhom f’attivitajiet organizzati mill-Pulizija ta’ Malta juri r-relazzjonijiet mill-aqwa li jeżistu bejn  il-poplu Malti u l-poplu Taljan. Hu qal li dan kollu, flimkien mas-sħubija taż-żewġ pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, kien jikkontribwixxi biex ir-relazzjonijiet kulturali bejn iż-żewġ pajjiżi jkomplu jissaħħu għall-ġid tal-popli ta’ l-Italja u Malta.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura rringrazzja lill-Ambaxxatur Taljan, l-ET Paolo Andrea Trabalza għas-sehem tiegħu biex il-Banda Musicale Della Polizia Di Stato setgħet tinġieb Malta. Hu rringrazzja wkoll lill-kumpanija taljana Alcatel-Lucent li kienu l-isponsors ta’ din l-attività kulturali u li mingħajr l-għajnuna finanzjarja tagħhom il-programm ma kienx jittella’.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Malta fost l-ewwel pajjiżi li trasponiet id-Direttiva Ewropea dwar it-Trasparenza fil-Pagi

PR261967

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta fost...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION FOR THE GRAND HARBOUR  Malta with a strong voice in international climate change negotiations

PR261966en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow