Left arrow Mur Lura

RESTRIZZJONI FUQ BEJGĦ TA’ ALKOĦOL MINN ĦWIENET MHUX LIĊENZATI MILL- MALTA TOURISM AUTHORITY (MTA)

pr1068
Date Icon 12/07/2007


“Permezz ta’ Avviż Legali li qed jiġi ppubblikat f’dawn il-ġranet, dawk il-ħwienet kollha li għandhom il-liċenza mit-Trade Licensing Unit (TLU), mhux se jkunu jistgħu jbiegħu alkoħol mid-9 ta’ filgħaxija sat-8 ta’ filgħodu ta’ l-għada.”  Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, qal dan waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet.  Is-Segretarju Parlamentari spjega kif din il-kundizzjoni tapplika biss għal dawk il-ħwienet li għandhom liċenza tan-negozju li tinħareġ mit-TLU, u għaldaqstant ma taffettwax bars, ristoranti u klabbs li għandhom il-liċenza mill-MTA.

“Bħala Gvern ħadna d-deċiżjoni li ssir restrizzjoni fuq il-konsum ta’ l-alkoħol, u din l-emenda tmur id f’id ma’ dispożizzjonijiet għandhom il-liċenza oħra li qegħdin isiru biex ikun konsum ferm aktar responsabbli ta’ l-alkoħol.  Ma nixtiqux li Malta tkun magħrufa bħala free-for-all għal dak li huwa abbuż mill-alkoħol, partikolarment fost t-turisti żgħażagħ li jiġu jżuru pajjiżna, iżda anke fost iż-żgħażagħ tagħna.  Ir-restrizzjonijiet li se jiġu implimentati ma huma xejn ġdid barra minn Malta, u pajjiżi bħall-Ingilterra għandhom sistema effettiva ta’ kontroll ta’ konsum ta’ alkoħol” kompla l-Onor. Vassallo. 

“Din l-emenda taffettwa l-ħwienet kollha li jistgħu jbiegħu l-alkoħol bil-flixkun, u mhix immirata lejn xi ħwienet partikolari.  Naturalment, ma nixtiqux li nagħmlu xi projbizzjoni fuq il-bejgħ ta’ l-alkoħol b’mod ġenerali, iżda qegħdin naħdmu biex ngħinu li jsir konsum responsabbli” temm is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Malta fost l-ewwel pajjiżi li trasponiet id-Direttiva Ewropea dwar it-Trasparenza fil-Pagi

PR261967

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta fost...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION FOR THE GRAND HARBOUR  Malta with a strong voice in international climate change negotiations

PR261966en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow