Left arrow Go Back

APPROVAT ID-DĦUL TA’ L-EWRO F’MALTA MILL-1 TA’ JANNAR 2008 U TIĠI STABBILITA R-RATA TAL-KAMBJU DEFINITTIVA BEJN IL-LIRA MALTIJA U L-EWRO

pr1055
Date Icon 10/07/2007

Illum, il-Kunsill tal-Ministri għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi ta l-approvazzjoni finali għad-dħul ta’ l-ewro f’Malta mill-1 ta’ Jannar 2008 u approva b’mod definit r-rata tal-kambju ta’ bejn il-lira Maltija u l-ewro li se tintuża għas-sħubija ta’ Malta fiż-żona ta’ l-ewro.  Din ir-rata se tkun ir-rata ċentrali ta’ bejn il-lira Maltija u l-ewro li ilha fis-seħħ sa minn meta Malta ssieħbet fl-ERM II fit-2 ta’ Mejju 2005.  Għaldaqstant, ewro wieħed se jissarraf f’0.429300 lira Maltija 

Id-delegazzjoni Maltija għall-Kunsill tal-Ministri kienet immexxija mill-Prim Ministru, Dr Lawrence Gonzi u kienet tinkludi lis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi, is-Sur Tonio Fenech, lir-Rappreżentant Permanenti Malti għall-Unjoni Ewropea, is-Sur Richard Cachia Caruana, lill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali, is-Sur Michael Bonello u uffiċjali oħra. 

Meta indirizza lill-Kunsill tal-Ministri, il-Prim Ministru qal li s-sħubija ta’ Malta fiż-żona ta’ l-ewro kien il-pass loġiku li kien imiss wara s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.  Huwa spjega r-rabta mill-qrib bejn l-ekonomija Maltija u dik Ewropea kif ukoll il-ħidma li wettaq pajjiżna sabiex laħaq u ssodisfa l-kriterji meħtieġa għas-sħubija ta’ Malta fiż-żona ta’ l-ewro.  Fost l-oħrajn huwa semma l-ħidma li saret sabiex il-finanzi pubbliċi jitpoġġew fuq bażi soda u sostenibbli kif ukoll ir-riformi kbar li twettqu fis-swieq u r-ristrutturar li sar sabiex tiġi żgurata l-flessibilita’ fl-ekonomija Maltija.  Dan sabiex il-pajjiż ikun kapaċi jilqa’ b’mod aħjar għal sfidi ekonomiċi li jistgħu jinqalgħu minn żmien għall-ieħor. 

Il-Prim Ministru esprima t-twemmin tal-Gvern li l-ewro se jagħmel l-ekonomija Maltija aktar kompetittiva u attraenti għall-investiment kemm lokali u dak barrani.   Il-Prim Ministru għalaq id-diskors tiegħu billi rringrazzja lil kulħadd għall-ħidma tiegħu u lill-poplu Malti kollu li għal darba oħra kien il-protagonist fil-mixja lejn din id-deċiżjoni storika. 

Id-deċiżjoni storika tal-lum ġabet fil-milja tagħha l-ħidma tal-Gvern fl-aħħar snin bil-għan li jsieħeb lil Malta fiż-żona ta’ l-ewro.  Kienet ħidma li nbniet fuq il-fiducja sħiħa li dan il-pass kien fl-aħjar interess tal-pajjiż u tal-poplu Malti.  Kienet ħidma li lejha taw sehemhom ħafna nies fl-amministrazzjoni tal-pajjiż u fuq kollox il-poplu Malti nnifsu.  Kienet ħidma li wriet kemm il-poplu Malti kapaċi jasal meta mnebbaħ minn tmexxija għaqlija u b’viżjoni u strateġija ċara. 

Issa li dan kollu nkiseb, il-Gvern se jkompli jiffoka l-ħidma tiegħu fuq il-ħtieġa li l-bidla għall-ewro ssir mingħajr skossi u tkun suċċess.  Dan sabiex dan il-pass ikun verament wieħed li jkompli joħloq l-opportunitajiet għall-ekonomija tagħna u jkattar il-ġid għall-poplu Malti kollu. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Malta fost l-ewwel pajjiżi li trasponiet id-Direttiva Ewropea dwar it-Trasparenza fil-Pagi

PR261967

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta fost...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION FOR THE GRAND HARBOUR  Malta with a strong voice in international climate change negotiations

PR261966en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow