Left arrow Mur Lura

L-ewwel ‘International Blues and Wines Festival’ f’Malta

pr1052
Date Icon 10/07/2007

L-ewwel ‘International Blues and Wines Festival’ ser jiġi organizzat fil-Valletta Waterfront bejn is-16 u t-18 ta’ Lulju.  

Għal dan il-Festival, li qed jiġi organizzat minn Classic Rock Promotions, ser ikun hawn f’Malta r-rock star internazzjonali Robert Plant, flimkien mal-band tiegħu The Strange Sensation, il-leġġendarju John Mayall, Smokie u l-kantant Malti Fabrizio Faniello. Ser jipparteċipaw ukoll bands lokali u barranin li jinkludu Big Joe Louis and his Blue Kings, Indigo, The Red House Blues Band, Family Style Band, Versatile Brass Band, French duo Two Timers, Frenzy Mono, Deborah Bonham and her band.

Matul it-tlett ijiem tal-festival ser ikun hemm ukoll festival ta’ inbid b’għazla ta’ inbid lokali u ta’ barra. Ser ikun hemm ukoll tinda speċjali għal dawk li jippreferu jixorbu l-birra. 

“Din l-attivita’ ġdida ser tkun taħlita ta’ blues u inbid f’post li issa sar sinonimu ma’ attivajiet kbar tal-massa f’ambjent mill-isbaħ taħt is-swar, għall-kenn ta’ l-imħażen Pinto u ma’ ġenb il-baħar. Din l-attività tiġi wkoll lejlet il-Jazz and Rock Festival li ser ikun organizzat fl-istess lokalità u għalhekk ser nassistu għal ġimgħa ta’ attivitajiet mill-aqwa għall-frisk fl-eqqel tas-sajf.” 

Dan stqarru l-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech meta indirizza konferenza ta’ l-aħbarijet fil-Hard Rock Cafè, fil-Valletta Waterfront. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li qatt daqs din is-sena ma kellna daqshekk attivitajiet kulturali, mużikali u artistiċi. Hu qal li dawn l-attivitajiet qed jattiraw eluf kbar ta’ nies kif diġà kellna l-opportunità nikkonstataw kemm il-darba din is-sena, wara li ġew organizzati attivatijiet kbar fosthom in-Notte Magica, Lejlet Lapsi u l-kunċerti ta’ Josè Carreras fil-Belt Valletta u ta’ Joseph Calleja fl-Imdina. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li dawn l-attivitajiet kienu wkoll mezz ta’ promozzjoni turistika għal pajjiżna. Hu qal li ħafna turisti jmorru fejn ikunu jafu li qed jittelgħu ċerti attivitajiet kulturali. Hu qal li fl-aħħar żminijiet Malta ħadet isem ta’ destinazzjoni turistika orjentata lejn attivitajiet kulturali u mużikali. Hu qal li dan qed jikkontribwixxi biex jiżdied in-numru ta’ turisti li jżuru pajjiżna. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li kien ċert li l-International Blues & Wine Festival kien ser jidħol fil-kalendarju ta’ attivitajiet li jiġu organizzati f’pajjiżna għaliex kien jemmen li l-promoturi ta’ dan il-festival kellhom ir-rekwiżiti kollha meħtieġa biex jagħmlu minn dan il-festival suċċess kbir.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Malta fost l-ewwel pajjiżi li trasponiet id-Direttiva Ewropea dwar it-Trasparenza fil-Pagi

PR261967

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta fost...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION FOR THE GRAND HARBOUR  Malta with a strong voice in international climate change negotiations

PR261966en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow