Left arrow Mur Lura

OPPORTUNITÀ UNIKA GĦAL FINANZJAMENT MILL-UE GĦAL PROĠETTI B’TEMA AMBJENTALI

pr1050
Date Icon 09/07/2007

Dal-għodu ingħata bidu għal proċess li permezz tiegħu ser ikunu jistgħu jinħolqu numru ta’ proġetti ambjentali f’Malta permezz ta’ finanzjament mill-Unjoni Ewropeja. Dan il-finanzjament li ser ikun qed ilaħħaq iż-€2 miljuni fis-sena, jaqa’ taħt il-programm ġdid li jġib l-isem LIFE+

Waqt it-tnedija ta’ seminar ta’ informazzjoni għal dawk interessati li jipproponu proġetti għal finanzjament taħt il-programm LIFE+, il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino qal li dan il-programm ġdid ser joffri opportunità unika biex jinħolqu proġetti integrati li jagħmlu ġid lill-ambjent tal-pajjiż.

Dan il-programm ġdid ser ikun qed jiffoka fuq in-natura u l-biodiversità – partikolarment il-konservazzjoni ta’ l-għasafar fis-selvaġġ, kif ukoll il-konservazzjoni ta’ l-ambjenti naturali flimkien mal-fawna u l-flora; l-iżvilupp tal-politika u governanza ambjentali f’materji bħat-tibdil fil-klima, is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja, ir-riżorsi naturali u l-iskart; u fl-aħħar nett it-tqassim ta’ informazzjoni u komunikazzjoni dwar temi ambjentali.

“Il-programm LIFE+ ikompli fejn ħalla l-programm LIFE li kien ġie fi tmiemu s-sena l-oħra, bid-differenza ewlenija li din id-darba il-proġetti li ser jintgħażlu ser ikunu dawk li jindirizzaw l-aktar il-prioritajiet ambjentali ta’ pajjiżna,” qal il-Ministru Pullicino.

Huwa spjega li grazzi għall-perseveranza tal-Gvern Malti waqt li kien qed jiġi diskuss dan il-programm ġdid f’livell Ewropew, l-allokazzjoni ta’ finanzjament għal pajjiżna taħt dan il-programm kważi ġiet irduppjata għal-€2 miljuni. Dan ifisser li dan il-finanzjament jista’ jintefaq fuq proġetti li jiġu proposti mill-entitajiet pubbliċi u privati, l-organizzazzjonijiet non-governattivi u l-istituzzjonijijiet oħra li huma eleġibli għal dan il-programm skond l-Avviż Legali li ser joħroġ dalwaqt.

Il-Ministru Pullicino kompla billi ħeġġeġ lil dawk preżenti biex il-proġetti li jissottomettu ma jkunux inizjattivi iżolati, iżda għandhom ikunu r-riżultat wkoll ta’ sinerġiji li jiġu ffurmati bejn entitajiet pubbliċi – inkluż il-Kunsilli Lokali – u oħrajn privati.

“Il-fatt li dan is-Seminar ġibed folla daqshekk sostanzjali huwa bidu tajjeb għal proċess li ser iħalli l-frott tiegħu f’titjib ambjentali għal pajjiżna,” temm jgħid il-Ministru Pullicino.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Malta fost l-ewwel pajjiżi li trasponiet id-Direttiva Ewropea dwar it-Trasparenza fil-Pagi

PR261967

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta fost...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION FOR THE GRAND HARBOUR  Malta with a strong voice in international climate change negotiations

PR261966en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow