Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GHALL-GHAWDEX

pr1049
Date Icon 09/07/2007

Il-Ministeru għal Għawdex jirreferi għar-rapport ippubblikat fl-ewwel paġna tal-gazzetta “Kull Ħadd” tal-Ħadd 8 ta’ Lulju 2007, imxandar fil-bullettin ta’ l-aħbarijiet One News ta’ l-istess jum.

Il-Ministeru għal Għawdex jiċħad kategorikament li rapport li kkummissjona l-istess Ministeru u li sar minn espert dwar il-monitoraġġ ta’ l-arja fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’xi mod inżamm “mistur għal diversi xhur” jew li “Giovanna dejjem ħbiet”. Din hija gidba sfaċċata. Kienet l-istess Ministru għal Għawdex Giovanna Debono li ddikjarat fil-Parlament, permezz ta’ risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 24522, li l-Ministeru għal Għawdex qabbad espert biex jistudja l-effett taċ-ċumnija ta’ l-Isptar fuq ir-recompression chamber. Ir-rapport wasal f’idejn il-Ministeru għal Għawdex fl-aħħar ta’ Mejju 2007.

Hija gidba sfaċċata wkoll li l-proġett tad-decompression chamber “jikser id-direttivi ta’ l-istess Unjoni Ewropeja”. Il-proġett sar b’konformita’ u għandu ċ-ċertifikazzjonijiet kollha rikjesti mill-Unjoni Ewropea. Wieħed irid jistaqsi hawnhekk lill-ġurnalist li kiteb l-istorja, għal liema direttivi qiegħed jirreferi.

L-artiklu jirreferi għal esperiment li sar waqt sessjoni ta’ taħriġ fost l-istaff. Is-sors li ta l-informazzjoni jaf taħt liema kundizzjonijiet sar l-esperiment li qed jiġi kkwotat u allura jaf ukoll li meta sar dan l-esperiment, l-istaff ta’ din it-Taqsima kien qiegħed jitgħallem juża l-apparat u l-funzjonijiet tiegħu. Jaf ukoll li l-esperiment sar f’kamra li fiha kien hemm erbgħa min-nies minflok żewġ persuni kif suppost, kif ukoll li l-funzjoni fl-apparat, imsejħa CO2scrubber, u li xogħlha huwa li tikkontrolla l-livell ta’ CO2 fil-kamra, ma nxtegħlitx. Dawn iż-żewġ fatturi żiedu l-livell ta’ CO2 fl-istess kamra.

Il-Ministeru għal Għawdex jiċħad li l-livelli ta’ CO2 tal-kamra huma b’xi mod ta’ livell allarmanti. Il-Ministeru jrid jgħid ukoll li minn meta rċieva r-rapport ta’ l-espert, diġa’ ħa l-miżuri neċessarji biex is-suġġerimenti ta’ l-espert jiġu mplimentati.

Il-Ministeru għal Għawdex jirrepeti li l-kawża primarja għaliex id-decompression chamber mhix qed tintuża fil-preżent hija minħabba l-irtirar tat-tabib speċjalizzat li kien se jmexxi din it-Taqsima. Il-Ministeru għaddej bil-preparamenti meħtieġa biex dan il-post jimtela.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Malta fost l-ewwel pajjiżi li trasponiet id-Direttiva Ewropea dwar it-Trasparenza fil-Pagi

PR261967

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta fost...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION FOR THE GRAND HARBOUR  Malta with a strong voice in international climate change negotiations

PR261966en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow